€3,000 multa wara li tajjar mara waqt li kien taħt l-effett tal-alkoħol

  • Aww 12, 2019 17:45
  • Miktub minn iNews
"

    Emerson Vella ta’ 26 sena kien immultat €3,000 wara li nstab ħati li waqt li kien taħt l-effett tal-alkoħol ikkaġuna ġrieħi gravi fuq mara, li mietet sentejn wara li tajjarha.

    L-inċident kien seħħ fid-9 ta’ Marzu 2015 għall-ħabta tas-1.30 a.m. fi Triq Dun Karm, Birkirkara, x’ħin Catherine Fenech kienet marret biex tassisti lil binha li kien għadu kif waqaf bil-vettura tiegħu.

    Hekk kif kienet qiegħda tiftaħ il-vettura tagħha, tat-tip Toyota Paseo, vettura oħra tat-tip Volkwsagen Golf misjuqa minn Vella, laqtet lilha u lill-vettura tagħha.

    Fenech ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li kienet qiegħda fil-periklu li titlef ħajjitha. It-triq fejn seħħ l-inċident ġiet magħluqa għall-aċċess mis-sewwieqa u x-xena ġiet ippreservata. 

    Vella ttieħed l-Għassa tal-Imsida fejn wara li ġie mwissi hu aċċetta li jitteħidlu t-test tan-nifs fejn irriżulta pożittiv għall-alkoħol. Huwa nstab li kien qed isuq b’livell ta’ alkoħol b’aktar minn dak stabbilit mil-liġi 51mg/100ml.

    Sadanittant, il-Qorti kienet infurmata li Fenech mietet fl-1 ta’ April 2017, jiġifieri aktar minn sentejn wara l-inċident u waqt li kienu diġa’ għaddejjin proċeduri fil-konfront ta’ Vella.

    Fis-sentenza tagħha, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Joseph Mifsud, qalet li kien evidenti li kien l-imputat li naqas milli jeżerċita dik id-dilienza mistennija minnu meta naqas milli jżomm dik il-proper lookout f’ċirkostanzi fejn it-temp ma kienx wieħed ideali. “Dan is-sewqan tiegħu żgur għandu jitqies illi kien wieħed traskurat.”

    Rigward l-ewwel imputazzjoni (li bi traskuraġni kkaġuna l-mewt ta’ Fenech), il-Qorti qalet li din ma tistax tirriżulta għaliex il-prosekuzzjoni ntrabtet mad-data tad-9 ta’ Marzu 2015 meta seħħet il-mewt, meta din seħħet fl-1 ta’ April 2017.

    Wara li qieset kollox, il-Qorti sabitu ħati li kkaġunalha ġrieħi gravissimi, li għamlilha ħsara fuq il-vettura tagħha, li saq b’mod traskurat u taħt l-effett tax-xorb, u li kkonsma alkoħol li l-porzjon tiegħu tan-nifs kien iżjed mil-limitu preskritt u mmultatu €3,000. Apparti minn hekk skwalifikatu milli jkollu liċenzja tas-sewqan għal sena. 

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernardette Valletta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0