Bċejjeċ minn ajruplan jaqgħu fuq karozzi u residenzi f'belt Taljana … “Inċident li seta' kellu eżitu ferm agħar”

  • Aww 12, 2019 16:50
  • Miktub minn iNews
"

    Residenti ta’ belt viċin Ruma jistgħu jgħodduha b’waħda meta waqgħu bċejjeċ minn ajruplan li kien qed jesperjenza diffikultajiet tekniċi ftit wara li telaq mill-ajruport.

    L-ajruplan tat-tip Boeing 787 tal-linja tal-ajru Norwegian Air kien fuq titjira minn Ruma għal Los Angeles nhar is-Sit li għadda meta beda jesperjenza problemi tekniċi inqas minn nofs siegħa mit-tluq tiegħu mill-ajruport.

    Residenti tal-belt ta’ Isola Sacra f’kummenti lill-ġurnal Corriere Della Sera qalu li raw bċejjeċ tal-metall jaqgħu mis-sema, u saħansitra kien hemm uħud li ġabru biċċiet minn dawn il-bċejjeċ mit-toroq tal-belt, b’uħud minnhom anke jkunu kbar tliet pulzieri.

    Il-ġurnal irrapporta kif kieku t-titjira kompliet għaddejja għal ftit minuti aktar, allura l-bċejjeċ tal-metall kienu jaqgħu fiċ-ċentru tal-belt jew saħansitra fuq il-bajjiet mal-kosta Rumana.

    Il-bdoti iddikjaraw emerġenza u rnexxielhom itiru lura sal-ajruport ta’ Fiumicino.

    Il-ġurnal Taljan irrapporta li 12-il residenza u 25 karozza ġarrbu ħsarat kaġun tal-bċejjeċ tal-ajruplan. Saħansitra raġel safa milqut, madankollu b’xorti tajba sofra biss ġrieħi ħfief. Huwa qal li jgħoddha b'waħda li għadu ħaj, u qal li l-inċident seta' kellu eżitu ferm agħar.

    L-ajruplan kien ilu fis-servizz għal ħames snin u nofs, u jidher li l-ħsarat żviluppaw fil-magna tax-xellug.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0