Waterpolo: Birżebbuġa jaħsdu lil Valletta u jgħaddu għall-finali

  • Aww 11, 2019 00:16
  • Miktub minn iNews
"

    Knock-Out Semi-Finali

    I Diviżjoni

    Birżebbuġa................... 12

    Valletta......................... 11

    (2-3, 4-4, 5-2, 1-2)

    Birżebbuġa ħasdu lil Valletta meta irnexxielhom jiksbu post fil-finali tan-Knock-Out tal-Ewwel Diviżjoni fejn se jaffrontaw lil Marsaskala f'ripetizzjoni tal-finali tas-sena li għaddiet.

    B'hekk it-team min-nofsinhar ta' Malta wettaq tpattija sportiva fuq it-team mill-kapitali hekk kif il-Beltin kienu għelbuhom darbtejn fil-kampjonat. Detrimentali għall-Beltin kienet it-tielet sessjoni hekk kif huma tilfuha b'distakk ta' tliet goals.

    Għal Birżebbuġa mpres­sjonaw ferm iż-żewġ barranin Antonio Petkovic u Antun Goreta li bejniethom skorjaw 10 mit-12-il goal tagħhom. Min-naħa l-oħra, l-aqwa players għall-Beltin kienu Dmitri Kholod u Sasa Misic li rreġistraw hat-trick personali kull wieħed.

    Valletta ħarġu ferm aggressivi u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 3-2 bil-goals għalihom jaslu minn Dmitri Kholod minn penalty, Sasa Misic u l-veteran Charlie Zammit. Min-naħa l-oħra Antun Goreta u Jake Bajada wieġbu għal Birżebbuġa.

    Il-partita kompliet tisbieħ fit-tieni sessjoni hekk kif fiha rrenja bilanċ assolut b'din tintemm fi draw ta' 4-4.

    Il-goals għat-team min-Nofsinhar ta' Malta waslu min Antonio Petkovic (3) bi tnjen minn dawn it-tliet goals jaslu minn penalty u David Pace Lupi. Dan filwaqt li Michael Cordina, Andrea Bianchi u Sasa Misic (2) skorjaw għal Valletta.

    Madankollu, fit-tielet sessjoni, Birżebbuġa wet­tqu reazzjoni mill-aqwa u reb­ħuha bl-iskor ta' 5-2 b'Antun Goreta u Antonio Petkovic jirreġistaw hat-trick u doppjetta personali rispettivament. Dmitri Kholod permezz ta' doppjetta wieġeb għall-Beltin.

    Valletta rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta' 2-1 iżda dan kien tard wisq għalihom biex almenu jisfurzaw l-għoti tal-penalties. Iż-żewġ goals għalihom waslu minn James Spiteri Stanes u Andrea Bianchi. Dan filwaqt li Antun Goreta skorja l-uniku goal għal Birżebbuġa.

    Birżebbuġa: 1-Daniel Spiteri, 2- Max Borg, 3-Neil Cassar, 4-David Pace Lupi (1), 5-Christian Mifsud, 6-Antonio Petkovic (5), 7-Simon Vassallo, 8-David Cutajar, 9-Jake Bajada (1), 10-Mikhael Cutajar, 11-Antun Goreta (5), 12-Mattias Ortoleva, 13-Joseph Cremona, 14-Charlie Farrugia, 15-Ryan Spiteri  - Coach: Pierre Borg

    Valletta: 1-Ryan Sciortino, 2-James Spiteri Staines (1), 3-Andrea Agius, 4-Peter Borg, 5-Andrea Bianchi (2), 6-Ryan Mock, 7-Daniel Paolella, 8-Michele Mifsud, 9-Michael Cordina (1), 10-Miguel Zammit, 11-Dmitri Kholod (3), 12-Nicholas Farrugia, 13-Reuben Bonnici, 14-Sasa Misic (3), 15-Charlie Zammit (1)  - Coach: Joe Sciortino

    Referees: Peter Balzan, Ales­sio Nicolai

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0