Antonio Cassano jagħlaq sena ‘l bogħod mill-football professjonali

  • Aww 11, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Antonio Cassano għalaq sena minn mindu ddeċieda li jieqaf għal kollox mil-logħob tal-futbol professjonali. L-ex attakkant ta’ Bari, Inter, Milan u Real Madrid fost l-oħrajn qal li qed jgħix it-tieni parti tal-ħajja tiegħu u li qed iħossu li reġa’ twieled mill-ġdid. Fil-fatt Cassano qed iqatta’ ħafna iktar ħin mal-mara tiegħu Carolina u ma’ uliedu Cristopher u Lionel. Hu qal li jrid ikollok il-kuraġġ tgħid daqshekk u li tipprova tgħix il-ħajja tiegħek b’mod rilassat.

    Cassano, li llum il-ġurnata għandu 37 sena, qed iqatta’ dan is-sajf jipprattika l-passatemp favorit tiegħu li jaqdef speċi ta’ canoe filwaqt li qed jilgħab ħafna logħbiet 5-a-side bejn il-ħbieb.

    Finalment hu jgħid li sa fl-aħħar rabba’ l-għaqal u qed ikun missier ta’ eżempju tant li qed jwassal lit-tfal l-iskola u kif jispiċċaw imur għalihom.

    Cassano skorja aktar minn 115-il goal fil-karriera tiegħu li qatt ma kienet nieqsa mill-kontroversji.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0