Ginaluigi Donnarumma fir-radar ta’ Paris SG

  • Aww 11, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Milan jistgħu jbiegħu lill-goalkeeper tagħhom Gianluigi Donnarumma sabiex jkollhom iktar flus fil-kontijiet tagħhom. Wara li ffaċċjaw problema fil-Fair Play finanzjarju li swiethom parteċipazzjoni fil-UEFA Europa League, ir-Rossoneri qed jippruvaw jirregolaw is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom u Donnarumma jista’ jiġi mibjugħ lil Paris St Germain li qed jinteressaw ruħhom mhux ftit fih.

    Is-somma li qed jitolbu d-diriġenti Zvonimir Boban u Paolo Maldini hi dik ta’ €50 miljun bl-aġent ta’ Donnarumma Mino Raiola li qed jistenna xi żviluppi sabiex jkun jista’ jinnegozja dan it-trasferiment.

    Sadanittant il-coach ta’ Milan Marco Giampaolo għandu fiduċja fil-gowlkiper Spanjol Pepe Reina u għalkemm mhux xi ħaġa faċli, jista’ jgħaddi mingħajr Donnarumma.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0