Sergej Milinkovic Savic viċin li jġedded ma’ Lazio

  • Aww 11, 2019 00:47
  • Miktub minn iNews
"

    Hekk kif fadal biss tliet ġimgħat għal tmiem is-suq tat-trasferimenti tas-sajf, jidher li Lazio irnexxielhom jikkonvinċu lill-player ta’ nofs il-ground Sergej Milinkovic Savic sabiex jibqa’ magħhom għallinqas għal staġun ieħor. Minkejja li Manchester United issemmew tant li setgħu jieħdu lill-player Serb ta’ 24 sena, jumejn ilu għalaq is-suq tat-trasferimenti fl-Ingilterra u għalhekk ma kienx possibbli li jinxtraw iktar players.

    Hu magħruf ukoll li anke Paris St Germain qed ifittxu s-servizzi ta’ Milinkovic Savic iżda rapporti fil-mezzi tax-xandir Taljani qed jgħidu li l-player ser jiffirma kuntratt ġdid mal-Biancocelesti. Il-coach ta’ Lazio Simone Inzaghi kien ferm kuntent li l-player ex Genk u Vojvodina ser ikun qed jibqa’ magħhom u dan jagħti aktar saħħa lil dan it-tim li s’issa m’għamilx xi akkwisti ta’ barra minn hawn.

    Milinkovic Savic ilu ma’ Lazio sa mis-sena 2015 fejn skorja 22 goal f’125 partita.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0