[FILMAT] Traġedja fit-Tanzania … Imutu aktar minn 60 persuna fi splużjoni meta ppruvaw jiġbru fjuwil ħiereġ minn tanker

  • Aww 10, 2019 19:46
  • Miktub minn iNews
"

    Aktar minn 60 persuna mietu fit-Tanzanija wara li tanker taż-żejt inqaleb u sploda f’highway 200 kilometru ’l bogħod mill-belt ta’ Dar es Salam.

    Il-Pulizija rrapportaw li t-tanker kien qed jivvjappa tul highway fir-reġjun kostali ta’ Morogoro, meta nqaleb.

    Xhieda qalu li mijiet ta’ nies fuq muturi marru jipprovaw jiġbru l-fjuwil li kien ħiereġ mit-tanker. Jidher li meta wieħed minnhom prova jaqla’ l-batterija, dan wassal biex it-tanker jisplodi.

    Il-President John Magufuli esprima x-xokk tiegħu rigward dan l-inċident. Huwa wissa wkoll li dawn it-tankers jafu jkunu qed iġorru fjuwil perikoluż ħafna u appella biex in-nies tieqaf tipprova tiġbor fjuwil li jkun ħareġ minnhom.

    Min-naħa l-oħra l-mexxej tal-Oppożizzjoni Freeman Mbowe qal li l-Gvern jeħtieġ li jeduka liċ-ċittadini dwar il-perikli li jkunu qed jesponu lilhom infushom f’dawn l-inċidenti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0