[FILMAT] Bdot kważi joħloq traġedja wara li jikkalkula ħażin il-piż ta' ajruplan … Jispiċċa joħroġ barra mir-runway!

  • Aww 10, 2019 16:45
  • Miktub minn iNews
"

    Filmat xokkanti juri l-mument meta ajruplan mimli passiġġieri għal ftit ma baqax ħiereġ barra mir-runway f’ajruport f’Moska. Jidher li kien żball tal-bdot li kien se jsarraf fi traġedja wara li kkalkula l-piż tal-ajruplan ħażin.

    L-ajruplan jidher jinqata’ fl-ajru wara li tispiċċa r-runway, tant li r-roti tiegħu jitfgħu fl-ajru kwantità kbira ta’ trab u ħamrija, bil-bdot jistenna sal-aħħar sekonda biex jipprova jaqta’ l-ajruplan mill-art.

    Abbord l-ajruplan kien hemm 150 persuna, bit-titjira kienet skedata li titlaq mill-Ajruport ta’ Domodedova, li jinsab 40 mil ’il bogħod minn Moska.

    B’xorti tajba l-ajruplan irnexxilu jinqata’ fl-ajru, anke jekk il-midja lokali rrapportat li l-ajruplan sofra ħsarat fis-sistema tad-dwal.

    L-inċident seħħ nhar it-Tnejn li għadda, bl-ajruplan ikun rapportat li niżel b’mod sigurt fl-ajruport ta’ Simferepol fil-Krimea.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0