Il-biljunarju Jeffrey Epstein iwettaq suwiċidju fiċ-ċella tiegħu ġimagħtejn wara attentat preċedenti

  • Aww 10, 2019 16:00
  • Miktub minn iNews
"

    Jeffrey Epstein, biljunarju b’diversi akkużi ta’ pedofilija, wettaq suwiċidju fiċ-ċella tiegħu fil-ħabs ta’ New York. Epstein instab mejjet dalgħodu għall-ħabta tas-7.30 a.m. ħin lokali.

    Jidher li Epstein, li għandu 66 sena, tgħallaq fiċ-ċella tiegħu.

    Epstein kien qed jinżamm arrestat qabel ma jibda ġuri fuq akkużi ta’ kumplott għal traffikar ta’ sess.

    Epstein – li kien magħruf għall-ħbiberiji li kellu fosthom mal-Prinċep Andrew u l-eks-President Amerikan Bill Clinton – kien arrestat nhar is-6 ta’ Lulju li għadda akkużat li kien għamel arranġamenti biex ikollu x’jaqsam sesswalment ma’ diversi bniet minorenni fir-residenzi tiegħu fi New York u Florida bejn l-2002 u l-2005.

    L-aħbar tal-mewt ta’ Epstein waslet ġimagħtejn biss wara li huwa ddaħħal l-isptar wara li kien ipprova jwettaq suwiċidju fiċ-ċella tiegħu.

    Il-mewt tal-biljunarju seħħet jum biss wara li quddiem qorti Amerikana tpoġġew aktar minn 2,000 paġna ta’ dokumenti li jidħlu fid-dettall dwar l-allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali fil-konfront ta’ minorenni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0