Il-GWU tikseb l-għarfien ewlieni f’sezzjonijiet fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

  • Aww 10, 2019 11:57
  • Miktub minn iNews
"

    Il-General Workers’ Union kisbet l-għarfien ewlieni bħala l-Union li tista’ titkellem u tinnegozja f’isem l-impjegati amministrattivi, gradi klerikali u avukati, tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Dan seħħ wara li skrutinju mwettaq mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impġjiegi (DIER) kkonferma li l-Union tirrappreżenta lill-maġġoranza assoluta tal-impjegati fis-sezzjonijiet imsemmija. 

    L-iskrutinju seħħ wara li aktar kmieni din is-sena l-GWU talbet lid-DIER biex hija tkun uffiċjalment rikonoxxuta bħala l-Union li tista’ tirrappreżenta lill-impjegati f’dawk li huma negozjar ta’ ftehim kollettiv kemm fis-sezzjoni tal-avukati kif ukoll fis-sezzjoni tal-impjegati fl-amministrazzjoni u gradi klerikali tal-Uffiċċju nnifsu. Fil-każi msemmija rriżulta li l-GWU kienet tirrappreżenta l-maġġoranza tal-impjegati u avukati. 

    Min-naħa tiegħu s-Segretarju tat-taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin irringrazzja lill-impjegati tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali talli għarfu fil-GWU l-union li tista’ tirrappreżentahom b’mod professjonali u kif jixraq għall-ħidma u responsabbiltà li jwettqu. Huwa saħaq li fiż-żmien li ġej l-GWU se tkun qed tinforma lill-Amministrazzjoni tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bir-rieda li jinbdew n-negozjati għal ftehim kollettiv li jkollu l-għan li jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-impjgeti involuti.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0