13-il persuna jmutu u 16 oħrajn rapportati neqsin kaġun ta' tifun qawwi fiċ-Ċina

  • Aww 10, 2019 09:53
  • Miktub minn iNews
"

    Tlettax-il persuna mietu u 16 oħrajn għadhom rapportati neqsin fil-Lvant taċ-Ċina wara li ċediet medda ta’ art kaġun ta’ tifun li wassal biex jitħassru wkoll mijiet ta’ titjiriet u li wassal biex jiġu evakwati minn djarhom aktar minn miljun persuna. Dan kien ikkonfermat mill-aġenzija tal-aħbarijiet statali CCTV.

    It-tifun Lekima laqat lir-reġjun ta’ Zhejiang fil-Lvant tal-pajjiż, bir-riħ jilħaq qawwa ta’ 187 kilometru fis-siegħa minkejja li kien naqqas mis-saħħa oriġinali tiegħu ta’ “super tifun”.

    Iċ-ċediment tal-art seħħ madwar 130 kilometru fit-Tramuntana tal-belt kostali Wenzhou.

    Intant mas-625 titjira mill-ajruporti ta’ Beijing, Shangai, Guangzhou, Shenzhen u Chengdu kellhom jitħassru. Tħassru wkoll numru ta’ vjaġġu b’ferrovija mill-provinċja ta’ Zhejiang lejn it-Tramuntana u ċ-ċentru taċ-Ċina.

    It-tifun wassal biex aktar minn 250,000 resident f’Shanghai u 800,000 resident fil-provinċja ta’ Zhejiang kellhom jiġu evakwati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0