Test missilistiku ieħor mill-Korea ta' Fuq … Il-ħames wieħed f'ġimagħtejn

  • Aww 10, 2019 08:36
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Korea ta’ Fuq kmieni llum sparat dawk li jidhru li kienu żewġ missili ballistiċi mill-kosta tal-Lvant tagħhom. Dan kien ikkonfermat mill-militar tal-Korea t’Isfel.

    Il-missili ġew sparati mill-belt ta’ Hamhung u baqgħu fl-ajru għal distanza ta’ 400 kilometru qabel ma niżlet fil-baħar li jifred lill-peninsula Koreana mill-Ġappun.

    Dan huwa l-ħames test missilistiku matul dawn l-aħħar ġimagħtejn f’risposta għat-taħriġ militari bejn l-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel. li beda aktar kmieni din il-ġimgħa.

    It-test twettaq sigħat biss wara li l-President Amerikan Donald Trump qal li jaqbel mal-oppożizzjoni tal-Korea ta’ Fuq għat-testijiet militari wara li rċieva “ittra mill-isbaħ” mill-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un.

    Huwa wkoll ma tax importanza għat-testijiet militari preċedenti, fejn saħaq li “ma saru l-ebda testijiet nukleari. It-testijiet missilistiċi kienu lkoll ta’ portata qasira. L-ebda testijiet b’missili ballistiċi. L-ebda missili ta’ portata twila.”

    Intant il-militar tal-Korea t’Isfel qal li hemm probabbiltà kbira li jkun hemm aktar testijiet missilistiċi u li kienet qed tosserva b’attensjoni s-sitwazzjoni filwaqt li żżomm ruħha għal-lest.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0