L-attur Danny Trejo jsalva tarbija wara inċident tat-traffiku

  • Aww 09, 2019 19:56
  • Miktub minn iNews
"

    L-attur ta’ Hollywood Danny Trejo qiegħed jiġi deskritt minn bosta bħala eroj wara li rnexxielu jsalva tarbija minn karozza li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Los Angeles. 

    L-attur qal li huwa ra l-ka­rozza tibqa’ ħierġa minkejja li d-dwal kien aħmar, u b’hekk karozza li kienet ġejja mill-ġenb baqgħet dieħla fiha u din spiċċat biex qalbitha. Fil-karozza kien hemm mara u tarbija. 

    Xħin ra hekk, l-istilla ta’ Machete intervjenta u flimkien ma’ mara li kien hemm fuq il-post, rnexxielhom isalvaw it-tarbija. Meta kien qiegħed jitkellem mal-midja li marru fuq il-post, Trejo qal li l-mara li marret tgħin irnexxielha tħoll iċ-ċinturin tas-sigurtà filwaqt li hu ħareġ lit-tarbija. 

    F’dawn il-kummenti, li huwa mbagħad tella’ fuq il-paġna tas-sit soċjali tiegħu Instagram, l-attur ta’ 75 sena ħeġġeġ lin-nies biex joqogħdu attenti meta jkunu qed isuqu. 

    Kemm Trejo, kif ukoll l-persuna l-oħra li marret tgħin li kienet identifikata bħala Monica Jackson qalu li l-mara li kien hemm fil-ka­rozza, minkejja li kienet tidher muġugħa, bdiet tgħajjat biex joħorġu lit-tarbija tagħ­ha. 

    Fortunatament ħadd ma weġġa’ gravi dan l-inċident, iżda kien hemm tliet persuni li ttieħdu l-isptar għal evalwazzjoni medika. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0