Ir-raġel tal-attriċi Messikana jemmen li martu nqatlet wara li rrifjutat li taħdem bħala prostituta

  • Aww 09, 2019 18:12
  • Miktub minn Carmen Cachia
"

    L-ewwel transesswali li saret famuża fuq livell internazzjonali, Miriam Rivera, mietet fl-età ta’ 38 sena. Il-mudella Messikana li kienet il-protagonista fis-serje televiżiva ‘There’s Something About Miriam’ u pparteċipat fil-Big Brother tal-Awstralja, kienet instabet mgħallqa f’ċirkostanzi misterjużi u r-raġel tagħha jissuspetta li dan ma kienx każ ta’ suwiċidju.

    It-tranġender mudella u stilla tar-reality mietet fd-dar tagħha f’Hermosillo fil-Messiku nhar il-5 ta’ Frar. Għalkemm għadu mhux magħruf x’wassal għal mewt tagħha, il-raġel tagħha li jgħix fi New York, Daniel Cuervo, qal li kien hemm xi ħaġa suspettuża ħafna fil-każ tal-mewt ta’ Miriam. 

    Cuervo qal lid-Daily Mail Australia li huwa jemmen li l-mewt ta’ martu kienet “mgħoddija” bħala suwiċidju wara li din irrifjutat li taħdem bħala prostituta. Huwa spjega kif fil-5 ta’ Frar Miriam kienet ċemplitlu mill-Messiku fejn qaltlu li kienet qiegħda tħossha ma tiflaħx u kien għalhekk li hu talabha biex tmur l-isptar. Hija ċemplitlu għal darb’oħra madwar nofsinhar qabel ma telqet mill-isptar u din kienet l-aħħar darba li sema’ leħen martu.

    Fis-2.00 p.m Mariam instabet mgħallqa fid-dar tagħha f’Hermosillo. Meta r-raġel tagħha sar jaf bil-mewta traġika, huwa talab biex il-katavru jittieħed fi New York iżda ġie infurmat li din kienet diġà ġiet kremata.

    Cuervo qal li raġel, li l-identità tiegħu mhix magħrufa, ċempillu waqt li huwa kien qed jipprova jagħmel l-arranġamenti għall-funeral ta’ Miriam fejn wissih biex ma jirritornax il-Messiku għax inkella joqtlu lilu wkoll.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0