Titkeċċa minn fuq xarabank għax kienet liebsa b'mod “indiċenti” minħabba s-sħana

  • Lul 31, 2019 17:46
  • Miktub minn iNews
"

    Mara Żvediża wriet id-diżapprovazzjoni tagħha ma’ xufier ta’ xarabank wara li dan keċċiha għax saħaq li kienet liebsa b'mod indiċenti. It-tfajla kienet liebsa shorts u t-shirt ħafif kaġun tal-mewġa tas-sħana li qed taħkem lill-pajjiż.

    Amanda Hansson, ta’ 19-il sena, rikbet ix-xarabank f’Malmo. It-tfajla saħqet li hekk kif telgħet fuq ix-xarabank u kienet se tgħaddi l-biljett mis-sistema ta’ scanning, ix-xufier waqqafha u qalilha li ma tistax titla’ liebsa b’dak il-mod.

    Aktar tard hija ppubblikat kumment fuq il-midja soċjali biex turi d-diżapprovazzjoni tagħha għad-deċiżjoni tax-xufier, bil-post tqanqal reazzjoni kbira, b’saħansitra jkun hemm min jgħid li x-xufier għandu jingħata twissija.

    Il-kumpanija għat-trasport pubblika – Nobina Sverige AB – qalet li hija m’għandha l-ebda regoli fir-rigward tal-ilbies tal-passiġġieri tagħha.

    Fi stqarrija l-kumpanija qalet li x-xufier kien skorrett meta keċċa lit-tfajla, u kaġun t’hekk issospendietu u se tkun qed tinvestiga l-kwistjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0