Joqtol tfajla, jaħraq il-ġisem tagħha u jgħid li kebbes in-nar biex ikeċċi n-nemus... Jammetti li qatel tfajla oħra

  • Lul 29, 2019 11:44
  • Miktub minn iNews
"

    Is-suspettat bil-qtil ta’ żewġ tfajliet fir-Rumanija ammetta wara li l-każ qajjem furur madwar il-pajjiż. Skont ma nstema’ fil-Qorti jidher li agħar mill-qtil makabru kien il-fatt li uffiċjal tal-ordni ħa madwar 19-il siegħa biex iwieġeb għas-sejħa tal-għajnuna ta’ waħda mill-vittmi.

    Alexandra Macesanu ta’ 15-il sena instemgħet tgħajjat “Ġej! Ġej!” f’telefonata ta’ emerġenza li għamlet qabel ma nħatfet mill-mekkanik Gheorghe Dinca ta’ 65 sena. Dinca li kien arrestat is-Sibt li għadda ammetta wkoll il-qtil ta’ Luiza Melencu ta’ 18-il sena. Luiza kienet irrapurtata nieqsa f’April li għaddha wara li ntlemħet tittallab rikba minħabba s-sitwazzjoni tat-trasport fil-pajjiż.

    Il-Pulizija marru fir-residenza ta’ Dinca 12-il siegħa wara t-tielet sejħa għall-għajnuna ta’ Alexandra l-Ħamis li għadda. Barra minn hekk damu jistennew permess li ma kellhomx bżonn għal madwar seba’ sigħat oħra. 

    Kif intervjenew sabu l-fdalijiet ta’ Alexandra u l-għadam ta’ Luiza. Il-qattiel qal li hu kien kebbes in-nar biex igerrex in-nemus, iżda ma tax spjegazzjoni tal-ġisem maħruq ta' waħda mit-tfajliet. Il-Pulizija kompliet bi tfittxija fil-madwar minħabba biża’ li dawn ma kinux l-uniċi żewġ vittmi tal-qattiel.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0