€345,833 miġbura f’“Oħloq Tbissima”

  • Lul 22, 2019 18:56
  • Miktub minn iNews
"

    Is-somma miġbura waqt il-maratona ta’ din is-sena ta’ “Oħloq Tbissima” laħqet it-€345,833 li se jmorru b’risq il-missjoni tas-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) fil-Peru.

    Din kienet is-17-il sena konsekuttiva li l-MSSP organizzat il-maratona ta’ 60 siegħa ġbir ta’ flus minn ġod-Dar ta’ San Ġużepp f’Santa Venera li ġiet trasmessa live fuq l-istazzjonijiet televiżivi ewlenin.

    L-MSSP għandha missjonijiet fil-Pakistan, il-Filippini u l-Peru bl-aħħar maratona ta’ ġbir ta’ flus saret għall-pajjiż mill-Amerika t’Isfel b’risq il-parroċċa ta’ Hiancane li issa għandha isqof Malti, Giovanni Cefai, li kien maħtur fit-tmexxija tagħha ftit tal-jiem ilu.

    F’dan il-post jgħixu 200,000 persuna u hemm 13-il saċerdot biex jaqdu l-missjoni tal-Knisja Kattolika bil-flus miġbura se jmorru għall-bini ta’ djar, kliniċi, skejjel u rziezet.

    Fost dawk li żaru l-maratona kien hemm il-President tar-Repubblika George Vella, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Viċi Kap tal-PN David Agius.

    Dawk li jixtiequ jagħtu donazzjoni għad jistgħu jagħmlu dan fuq 5160 2007 għal donazzjoni ta’ €15, fuq 5170 2009 għal donazzjoni ta’ €25, fuq 5180 2080 għal dik ta’ €50 u permezz ta’ SMS għal donazzjoni ta’ €4.66 fuq 5061 8099.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0