Dr Joanna Cachia tirbaħ il-‘BOV Prize in Medicine’

  • Lul 22, 2019 15:00
  • Miktub minn iNews
"

    Dr Joanna Cachia ġiet ippreżentata bl-erbatax-il edizzjoni tal-‘BOV Prize in Medicine’, l-unur li jingħata lill-istudent jew lill-istudenta li jiksbu l-ogħla marki fl-eżamijiet finali kwalifikanti fil-mediċina.

    Il-‘BOV Prize in Medicine’, li ġie stabbilit mill-Bank of Valletta u mid-Dipartiment tal-Mediċina fl-Università ta’ Malta, jingħata lill-istudent jew lill-istudenta li jiksbu l-ogħla marki minn karta tal-eżami tal-kitba, eżami kliniku prattiku u eżami fil-kompetenzi ewlenin essenzjali li jevalwa lill-istudenti f’ħiliet varji bħall-komunikazzjoni, l-analiżi tad-dejta u t-trattament ta’ xenarju ta’ emerġenza.

    Charles Azzopardi, Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta ppreżenta l-‘BOV Prize in Medicine’ lil Dr Cachia fil-preżenza tal-Prof. Stephen Montefort, Kap tad-Dipartiment tal-Mediċina u Deputat Dekan tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija fl-Università ta’ Malta.

    “Il-kisba tal-ogħla marki fl-eżami finali kwalifikanti fil-mediċina f’dan il-livell hija kisba personali kbira. Permezz ta’ dan il-premju, il-Bank qed jirrikonoxxi l-isforz u l-impenn li wriet Dr Joanna Cachia u jittama li dan l-unur iservi ta’ motivazzjoni għal studenti oħra biex jeċċellaw fl-oqsma tal-istudju partikolari tagħhom,” qal Charles Azzopardi waqt li awgura lil Dr Cachia għall-kisba tagħha. “Aħna nemmnu li l-impenn li inti wrejt sa issa se jwasslek għal aktar kisbiet fil-karriera medika tiegħek.”

    “Premju bħall-‘BOV Prize in Medicine’ jinkoraġġixxi lill-istudenti jaħdmu għal livell ogħla ta’ impenn u kisba,” kompla l-Prof. Montefort. “Dan il-premju jgħin lill-għalliema u lil-letturi jkomplu jispiraw lill-istudenti tal-mediċina biex jimmiraw għall-eċċellenza fl-istudji tagħhom”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0