Il-Pulizija kawta dwar is-sejba ta' fdal uman fil-Belt

  • Lul 22, 2019 09:29
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Pulizija għadha qed iżżomm taħt arrest lir-raġel suspettat bil-qtil ta' Charlene Farrugia, it-tfajla li kienet rappurtata nieqsa 11-il sena ilu.

    Ir-raġel, li l-identità tiegħu għadha ma ġietx żvelata, kien qed jinżamm fl-Isptar Monte Carmeli għalkemm mhux eskluż li din il-ġimgħa jitressaq fil-Qorti u jkun mixli b'dan id-delitt.

    Is-sejba ta' biċċiet umani fil-foss li hemm taħt il-grawnd tal-futbol tal-Belt, u li jinsab viċin il-lukanda Phoenicia, qajjmet diversi mistoqsijiet li għad iridu jitwieġbu.

    Fost dawn hemm jekk hux verament li l-fdalijiet huma ta' Farrugia li kienet rappurtata nieqsa fis-7 ta' Novembru 2008.

    Huwa mifhum li kien ir-raġel, arrestat wara li allegatament ipprova jisraq minn ħanut fil-Gżira, li ħa lill-Pulizija fil-post fejn instabu l-partijiet għalkemm jekk humiex tat-tfajla għad irid jiġi konfermat minn testijiet mediċi.

    Farrugia kellha 25 sena u kienet toqgħod il-Qawra bl-aħħar darba li ntlemħet kien jum qabel ir-rapport lill-Pulizija għaddejja mill-Belt b'Toyota Platz griża.

    Jekk inhu minnu li kien ir-raġel li qatilha, kif jindika l-fatt li kien hu li ħadhom fil-post fejn instabu l-fdalijiet tal-katavru li nstab, tqum il-mistoqsija x'kienet ir-relazzjoni bejnu u bejn Farrugia u għala qatilha.

    Dejjem jekk kien hu li qatilha għad irid joħroġ jekk għamilx hekk waqt li kien qed jikkommetti reat, bħal serq, inkella biex jagħlqilha ħalqha fuq xi ħaġa li setgħet taf.

    Mistoqsija oħra hija dwar il-post fejn instabet fejn il-fatt li l-każ imur lura daqshekk fis-snin u li nstabu l-fdalijiet jindika li l-klima fil-post setgħet għenet biex jiġi preservat il-ġisem jew partijiet konsiderevoli minnu.

    Fl-istess waqt il-fatt li ħadd ma nduna b'xi rwejjaħ turi kemm l-inħawi mhumiex frekwentati min-nies. Fil-fatt partijiet mill-bini li hemm ħdejn is-swar jinsabu fi stat ta' telqa.

    Farrugia kienet waħda minn mijiet ta' persuni li ġew rappurtati nieqsa matul is-snin għalkemm fil-maġġoranza tal-każijiet il-persuni nstabu anke jekk f'ċertu każijiet mejtin inkluż kaġun ta' suwiċidju jew delitt kif ġara fil-każ tal-omm u l-bini maqtula f'Ħal Għaxaq.

    Sal-aħħar tal-2018 kien hemm 39 persuna rappurtata li kienet għadha nieqsa mis-798 rappurtati matul is-sena.

    Dan it-tagħrif kien ingħata fil-Parlament fil-bidu tas-sena mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali Michael Farrugia wara li d-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina ried ikun jaf kemm ġew rappurtati persuni neqsin mill-2013.

    Mit-tweġiba jirriżulta li matul l-2018 kien hemm rapporti dwar għibien ta' 798 persuna li minnhom instabu 759.

    Fis-snin ta' qabel kien hemm bosta persuni oħra li mhux magħruf x'sar minnhom anke jekk, bħal fil-każ ta' Farrugia, il-Pulizija żżom il-fajl dwar l-investigazzjoni miftuħ.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0