Ritratt: Christine Borg
San Ġiljan.................... 10
Neptunes..................... 13
(3-2, 2-4, 2-3, 3-4)
F’partita ferm kumbattuta Neptunes għelbu lir-rivali rivali kbar ta’ San Ġiljan bl-iskor ta’ 13-10 biex b'hekk ikkwalifikaw għas-semi-finali tan-Knock-Out filwaqt li l-holders sfaw eliminati.
B’hekk l-affarijiet xejn m'huma qed jidhru sbieħ għal San Ġiljan minħabba li din kienet it-tielet telfa konsekuttiva wara t-telfiet li sofrew kontra Sirens u l-istess Neptunes.
Wara l-inċidenti li nqalgħu lejn tmiem il-partita ta’ nhar il-Ġimgħa li għadda bejn dawn iż-żewġ timijiet, Neptunes kellhom lil Stevie Camilleri sospiż filwaqt li l-Ġiljaniżi kellhom lil Ben Plumpton u Dino Zammit neqsin għalll-istess raġuni.
B’hekk iż-żewġ coaches - Marko Orlovic għal San Ġiljan u Jovan Popovic għal Neptunes kellhom jutilizzaw players żgħażagħ li lkoll kellhom logħba tajba.
Iżda l-aktar li spikkaw kienu dawk ta’ Neptunes – Jake Muscat, Ken Erdogan u Nikolai Muscat, li bejniethom skorjaw sitt goals – kważi nofs il-goals kollha ta’ Neptunes. Għal San Ġiljan kellhom logħba tajba Tristan Said u Jake Bonavia, li skorjaw goal kull wieħed.
Kienu San Ġiljan li rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2 bl-awturi tal-goals ikunu Niksa Dobud (2) u ż-żagħżugħ Jake Bonavia. Min-naħa l-oħra, Darko Brguljan u Jake Muscat wieġbu għal Neptunes.
Neptunes wettqu reazzjoni tajba fit-tieni sessjoni u rebħuha b’punteġġ ta’ 4-2, bil-protagonisti jkunu l-captain Niki Lanzon, Petar Muslim u Ken Erdogan (2). Dan filwaqt li Darren Zammit u Niksa Dobud wieġbu għall-Ġiljaniżi.
Neptunes rebħu wkoll it-tielet sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 3-2, bl-iskorers ikunu Niki Lanzon, Jake Muscat u Nikolai Zammit. Guillermo Molina u Niksa Dobud skorjaw iż-żewġ goals għal San Ġiljan.
Ir-raba’ u l-aħħar sessjoni wkoll marret favur Neptunes hekk kif huma ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-3, għal skor finali ta' 13-10 bil-goals jaslu minn Petar Muslim, Darko Brguljan, Jake Muscat u Jordan Camilleri.
Dan sabiex Tristan Said, Matthew Zammit u Niksa Dobud sabu x-xibka għall-Ġiljaniżi.
San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Ben Grech, 3-Andreas Galea, 4-Niksa Dobud (5), 5-Guillermo Molina (1), 6-Matthew Zammit (1), 8-Kai Dowling, 9-Tristan Said (1), 10-Darren Zammit (1), 11-Paul Fava, 13-Thomas Micallef, 14-Jake Bonavia (1) - Coach: Marko Orlovic
Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Niki Lanzon (2), 3-Ken Erdogan (2), 4-Gabriel Pace, 5-Petar Muslim (2), 6-Darko Brguljan (2), 7-Julian Farrugia, 8-Jordan Camilleri (1), 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit (1), 11-Jake Muscat (3), 12-Matthias Azzopardi, 13-Benji Busuttil - Coach: Jovan Popovic
Referees: Massimo Angileri, Fabio Brasiliano
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.