Raġel fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn żewġ opri tal-baħar

  • Lul 22, 2019 08:36
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li għas-6.30 p.m kienet seħħet ħabta bejn żewġ opri tal-baħar bejn il-Gżejjer ta’ San Pawl u kien hemm xi persuni li sofrew ġrieħi.

    Fuq il-post issejħu l-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta sabiex jassistu f’dan l-inċident. Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn dgħajsa misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti Birkirkara u dgħajsa misjuqa minn raġel ta’ 58 sena residenti s-Swieqi u li flimkien miegħu kien hemm mara ta’ 58 sena residenti fl-istess lokalità.

    Iż-żewġ persuni ta’ 58 sena ttieħdu lejn l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard irriżulta li l-mara sofriet ġrieħi ħfief, filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0