Theo Hernandez jitkellem dwar l-ewwel ġranet ma’ Milan

  • Lul 21, 2019 15:21
  • Miktub minn iNews
"

    Id-difensur xellugi ta’ Milan Theo Hernandez deher ferm kuntent wara li skorja goal fil-partita ta’ ħbiberija li r-Rossoneri lagħbu kontra Novara u spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Hu kiteb fuq il-profil personali tiegħu fuq Twitter fejn faħħar mhux ftit l-organizazzjoni tal-klabb u kemm jinsab għal qalbu f’dawn l-ewwel jiem ta’ pre-season.

    Huwa qal li meta kien jilgħab ma’ Real Madrid, xtaq ħafna li xi darba jilbes il-flokk tat-tim li hu l-iktar favorit fl-Italja. Hernandez sostna li dan hu tim ta’ storja kbira u jixraqlu jerġa’ jkun fost l-aktar klabbs ewlenin mhux biss fl-Italja iżda wkoll fl-Ewropa.

    Il-player ta’ 21 sena ilu fil-belt ta’ Milan għal dawn l-aħħar 15-il ġurnata wara li ngħaqad magħhom mingħand Real Madrid għas-somma ta’ €20 miljun.

    Dan ser ikun il-ħames club ta’ Hernandez wara li aktar qabel libes il-flokkijiet ta’ Atletico Madrid, Alaves, Real Sociedad u Real Madrid.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0