Waterpolo: L-ewwel sessjoni detrimentali għal Marsaskala

  • Lul 21, 2019 15:12
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Christine Borg

    I Diviżjoni

    Birżebbuġa................... 12

    Marsaskala................... 10

    (7-2, 1-4, 2-3, 2-1)

    Kienet partita ferm ekwilibrata dik li rat lil Birżebbuġa jegħlbu l-isfida ta' Marsaskala bl-iskor ta' 12-10, bl-ewwel sessjoni tkun detrimentali għall-Iskalin hekk kif tilfuha b'distakk ta' ħames goals.

    Kienet partita li fiha ż-żewġ timijiet ipproduċew waterpolo sabiħ - riflessjoni ċara li huma se jkunu kontendenti ewlenin għar-rebħ ta' dan il-kampjonat flimkien ma' Valletta.

    Birżebbuġa rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 7-2 bil-goals tagħhom jaslu minn Christian Mifsud (4), Antonio Petkovic (2) u Mattias Ortoleva. Kristijan Milakovic u Luca Felice rnex­xielhom isibu x-xibka għal Marsaskala.

    L-Iskalin wettqu reaz­zjoni tajba fit-tieni sessjoni u ħarġu rebbieħa b'punteġġ ta' 4-1, b'Jake Ciantar, Kristijan Milakovic (2) u Konstantin Averka jiskorjaw għalihom filwaqt li Mattias Ortoleva skorja l-uniku goal għal Bir­zebbuġa.

    Marsaskala rebħu wkoll it-tielet sessjoni din id-darba bi skor ta' 3-2, bl-iskorers ikunu Kristijan Milakovic (2) u Reinhard Attard. Dan sabiex David Pace Lupi u Antonio Petkovic skorjaw għal Birzebbuġa.

    Ir-raba' u l-aħħar sessjoni intemmet 2-1 favur Birżebbuga b'Mattias Ortoleva u Antun Goreta jiskorjaw għalihom waqt li Konstantin Averka skorja l-uniku goal għall-Iskalin.

    Birżebbuġa: 1-Daniel Spiteri, 3-Nail Cassar, 4-David Pace Lupi (1), 5-Christian Mifsud (4), 6-Antonio Petkovic (3), 7-Simon Vassallo, 8-David Cutajar, 9-Jake Bajada, 11-Antun Goreta (1), 12-Mattias Ortoleva (3), 13-Joseph Cremona Coach: Pierre Borg

    Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Ayrton Camenzuli, 4-Malcolm Manara, 5-Max Aquilina, 6-Liam Grixti, 7-Kyle Navarro, 8-Kristijan Milakovic (5), 9-Konstantin Averka (2), 10-Jan culic, 11-Reinhard Attard (1), 12-Daiel Borg Millo, 13-Max Borg, 14-Luca Felice (1), 15-Jake Ciantar (1) Coach: Dorian Pisani

    Referees: Ronnie Spiteri, Fabio Brasiliano

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0