Waterpolo: Faċli għal Sirens kontra Exiles

  • Lul 21, 2019 15:12
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Christine Borg

    Kampjonat Premier

    Sirens........................... 14

    Exiles............................. 7

    (3-0, 3-2, 5-1, 3-4)

    Sirens iddominaw lil Exiles għal ħinijiet twal fil-partita u għelbuhom bl-iskor konvinċenti ta' 14-7.

    B'hekk Sirens komplew għaddejjin bis-sensiela ta' riżultai pożittivi fejn kollox qed jindika li se jkunu sfidanti ewlenin għar-rebħ tal-Kampjonat fi tmiem l-ista­ġun.

    Għalihom reġgħu spikkaw iż-żewġ Taljani Valen­tino Gallo u Christian  Pres­ciutti li bejniethom skorjaw xejn inqas minn disa' goals.

    It-team minn San Pawl il-Baħar għamel l-intenzjonijiet tiegħu ċari sa mill-ewwel sessjoni u skorja tliet darbiet mingħajr risposta bi Christian Presciutti, John Brownrigg u Valentino Gallo jiskorjaw għalihom.

    It-tieni sessjoni kienet waħda iktar bilanċjata b'Si­rens ikunu dejjem huma li jitrijonfaw din id-darba bl-iskor ta 3-2 bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Christian Presciutti u Valentino Gallo (2). Min-naħa l-oħra, il-captain Timmy Sulivan u Milos Vukicevic wieġbu għal Exiles.

    Fit-tielet sessjoni Sirens ħadu r-riedni tal-logħba kompletament f'idejhom u rebħuha bl-iskor ta' 5-1 biex prattikament il-logħba kienet mirbuħa u mitlufa.

    Il-goals tagħhom ġew skorjati minn Valentino Gallo (2), Christian Presciutti (2) u Edward Aquilina. L-uniku goal għal Exiles wasal minn Kurt Griscti.

    Exiles wettqu reazzjoni taj­ba fir-raba' sessjoni iżda ma kienx biżżejjed biex setgħu jsalvaw il-logħba.

    Dan hekk kif huma rebħu din is-sessjoni b'punteġġ ta' 4-3 bl-erba' goals għalihom jaslu minn Timmy Sullivan (2), Milos Vukicevic u Marko Jelaca. Matthew Sciberras u John Brownrigg (2) skorjaw it-tliet goals għal Sirens.

    Sirens: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Zerafa Gregory, 3-Christian Presciutti (4), 4-Paul Privitera, 5-Marc Grech, 6-John Brownrigg (3), 7-Isaiah Riolo, 8-Valentino Gallo (5), 9-John Napier, 10-Edward Aquilina (1), 11-Luke Caruana, 12-Matthew Sciberras (1), 13-Gianni Galea Curmi Coach: Sasko Popovski

    Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Michele Stellini, 3-Andrew Magri, 4-Marko Jelaca (1), 5-Timmy Sullivan (3), 6-Sean Xerri De Caro, 7-Mark Fenech,8-Kurt Griscti (1), 9-Milos Vukicevic (2), 10-Aurelien Cosuin, 11-Nicky Paris, 12-Philip Paris, 13-Max Martin Coach: Igor Vukanovic

    Referees: Massimo Angileri, Fabio Brasiliano

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0