Waterpolo: Sliema jirbħu logħba bilanċjata

  • Lul 21, 2019 15:11
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Christine Borg

    Kampjonat Premier

    Sliema.......................... 14

    Marsaxlokk................... 10

    (4-3, 4-3, 5-2, 1-2)

    F'partita bilanċjata Sliema għelbu lil Marsaxlokk bl-iskor ta' 14-10.

    Għas-Slimiżi l-aħjar playsers kienu Gavril Subotic u Norbert Hoznyansky, filwaqt li għax-Xlukkajari bħas-soltu reġgħu spikkaw Ivan Nagaev u Andrija Vlahovic li kienu ta' theddida kontinwa għas-Slimiżi u b'ak­tar attenzjoni setgħu skor­jaw aktar goals mis-sebgħa ta' bejniethom.

    Is-Slimiżi rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ristrett ta' 4-3 bil-goals tagħhom jaslu minn Jamie Gambin, Jacob Sciberras, Norbert Hoznyansky u Gavril Subotic. Dan filwaqt li Andrija Vlahovic (2) u Ivan Nagaev wieġbu għax-Xlukkajri.

    Fit-tieni sessjoni, il-partita kompliet tisbieħ bi Sliema jkunu huma li joħorġu rebbieħa bl-istess skor li bih rebħu l-ewwel sessjoni, jiġifieri dak ta' 4-3, biex daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta' 8-6.

    Hawnhekk l-awturi tal-goals għalihom kienu Norbert Hoznyansky, Jamie Gam­bin, Gavril Subotic u Benji Cachia. Min-naħa l-oħra, Ivan Nagaev u Andrija Vahvic (2) sabu x-xibka għat-team min-nofs in-nhar ta' Malta.

    Fit-tielet sessjoni Sliema komplew ikabbru l-vantaġġ għal 13-8 hekk kif fiha ttrijonfaw bl-iskor ta' 5-2.

    Il-protagonisti kienu Norbert Hoznyansky, Mark Meli, Michael Spiteri Staines u Gavril Subotic (2). Min-naħa l-oħra, Joseph Galea u Keith Galea niżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers għal Marsaxlokk.

    Marsaxlokk rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta' 2-1 iżda dan wasal tard wisq għa­lihom biex almenu joħorġu mill-pixxina bi draw. Ivan Nagaev u Mattaeo Cacici sabu x-xibka għalihom waqt li Jamie Gambin skorja l-uniku goal għal Sliema.

    Sliema: 1-Joseph Parnis, 2-Jerome Gabarretta, 3-Gav­ril Subotic (4), 4-Jacob Sciberras (1), 5-Mark Meli (1), 6-Norbert Hoznyansky (3), 7-Michael  Spiteri Staines (1), 8-Liam Galea, 9-Benji Cachia (1), 10-Jamie Gambin (3), 11-Zach Mizzi, 12-Kieyan Borg, 13-Miguel Vassallo Coach: Sergio Afric

    Marsaxlokk: 1-Ryan Coleiro, 2-Julian Rizzo Naudi, 3-Luke Saliba, 4-Michael Riz­zo, 5-Timmy Agius, 6-Joseph Galea (1), 7-Andrija Vlahovic (4), 8-Ivan Nagaev (3), 9-Stephen Micallef, 10-Rainier Scerri, 11-Matthew Pace, 12-Matteo Martellacci, 13-Fredrick Buhagiar, 14-Keith Galea (1), 15-Matteo Cacici (1) Coach: Joe Cremona

    Referees: Stefan Licari, Daniele Bianco

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0