“Il-familji u n-negozji llum qed jgħixu aħjar”

  • Lul 21, 2019 10:36
  • Miktub minn iNews
"

    Wara li ftit jiem ilu, Fitch tat upgrade lil Malta, Moody’s għamlet l-istess u b’hekk l-aġenziji kollha tal-kreditu għollew lil Malta ‘l fuq.

    “L-aġenziji kollha għollew lil Malta ‘l fuq u wara li fi żmien gvern ta’ qabel kulħadd kien niżżilna l-isfel, issa kulħadd tellana ‘l fuq,” tenna l-Prim Ministru, Joseph Muscat, f’intervista rrekordjata fuq ONE.

    Joseph Muscat żied li “dan huwa mertu ta’ ħidma kkordinata ta’ strateġija, tal-bżulija tal-Maltin u Għawdxin u ta’ deċiżjonijiet li jieħu l-Gvern.”

    Il-Prim Ministru spjega li d-deċiżjonijiet tal-aġenzija tal-kreditu huma bbażati fuq żewġ affarijiet – l-ewwelnett qed jaraw li l-kontijiet tal-gvern huma b’saħħithom u wieħed jista’ joqgħod fuqhom...u min-naħa l-oħra raw u qed jaraw ekonomija li dejjem tikber.”

    Muscat sostna kif dan kollu wassal biex illum ‘il ġurnata għandna surplus, baġit li huwa bbilanċjat u bla pressjoni biex jiżdiedu t-taxxi.

    Il-Prim Ministru fakkar li dan kien “gvern li f’kull baġit naqqas l-income tax, fl-aħħar ħames baġits żidna l-pensjonijiet, għamilna żewġ baġits li fihom ma żidniex taxxa waħda.”

    L-importanza ta’ dawn il-credit agenciestispikka għaliex meta jiġu nvestituri kemm eżistenti li qegħdin Malta li jkomplu jkabbru kif ukoll investimenti oħra li jiġu f’pajjiżna, dawn barra li joqogħdu fuq dak li jgħidilhom il-gvern, ikunu jridu referenza indipendenti.

    Minkejja kollox, f’dan iċ-ċirku virtuż, “l-aqwa u l-iktar credit rating importanti għalija b’mod ċar hija l-poplu Malti u Għawdxi, il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin... Jien ċert li jekk dawn il-familji nsaqsuhom il-mistoqsija jekk illum humiex jgħixu aħjar milli kienu jgħixu taħt gvern ieħor, it-tweġiba ta’ ħafna u ħafna nies hija iva,” kompla l-Prim Ministru li tkellem ukoll dwar it-tħejjijiet għall-baġit tas-sena d-dieħla. Fi kliem il-Prim Ministru dawn it-tħejjijiet jinsabu fl-aqwa tagħhom. 

    Inkomplu nattiraw investiment ta’ kwalita’ u ta’ reputazzjoni

    Biex dan iseħħ, il-Prim Ministru saħaq l-importanza li “nibqgħu ffukati fuq li nwettqu l-bidliet, inwettqu r-riformi, li nkomplu għaddejjin bil-bidla l-kbira li dan il-pajjiż qed jagħmelu li nkomplu nieħdu d-deċiżjonijiet.”

    Fid-dawl ta’ dan, il-Prim Ministru esprima s-sodisfazzjon li l- Ko-Fundatur ta’ Apple Steve Wozniak waqqaf kumpanija f’Malta.

    “Li jkollok isem bħal dan li mill-pajjiżi kollha tad-dinja, jagħżel lil Malta biex jibbaża l-kumpanija tiegħu li ħa tkun qed topera bħala blockchain, huwa l-aqwa riklam li pajjiż qatt jista jkollu,” tenna Joseph Muscat.  

    Rigward is-settur bankarju, il-Prim Ministru fisser kif il-kumpaniji jkollhom problema biex jiftħu kont il-bank għaliex is-servizzi bankarji f’Malta għadhom limitati, huma ffukati ħafna fuq bank jew tnejn. Dawn il-bank jew tnejn qegħdin f’sitwazzjoni tajba ħafna finanzjarjament imma wkoll qed ikollhom domanda enormi u li minnhom infushom, ir-regolatur internazzjonali jkun iridhom jimxu bil-mod. 

    Il-Prim Ministru tenna li l-pass li jmiss huwa li naraw “kif għandna nimxu ‘l quddiem, x’qed jagħmel il-Gvern, x’jista’ jagħmel il-Gvern u kif għandna napprezzaw ir-realta’ tas-settur bankarju lokali.”

    Gvern li qed iwettaq dak li suppost għamel ħaddieħor snin ilu 

    Mistoqsi dwar ic-Central Link Project, il-Prim Ministru fisser kif  “din hija triq li ilha fuq il-mappa li suppost issir snin sħaħ. Id-differenza bejnha u bejn ħaddieħor li din il-linja fil-mappa li fuqha tiddependi ħafna affarijiet, issa qegħda ssir.”

    Filwaqt li f’kull proġett issib min ifaħħar u jikkritika, Muscat fiehem kif dan il-proġett hu wieħed bżonnjuż. 

    “Tletin elf ruħ li kuljum jivvjaġġaw minn din ir-rotta li tieħu minn tarf il-by passtal-Imrieħel sar-roundabout fejn tibda Triq l-Imdina... Hemm tlettax -il junction f’dan il-proġett sħiħ b’seba’ kilometri ta’ korsiji ġodda,” qal il-Prim Ministru li tkellem ukoll kif is-sitwazzjoni tat-traffiku kif inhi llum iżżid l-emissjonijiet u għalhekk bil-proġett jonqsu l-emissjonijiet. Joseph Muscat spjega kif it-tela’ tas-Saqqajja mhux se tintmiss permezz ta’ dan il-proġett.      

    Spjega wkoll kif il-proġett iwieġeb ukoll għat-talba tan-nies fil-qalba tal-irħula bħal Ħal Balzan u Ħ’Attard li ilhom snin jilmentaw minħabba t-traffiku li jgħaddi mill-qalba tal-irħula. 

    Il-Prim Ministru għamilha ċara li meta jitlesta l-proġett u anke l-mod ta’ kif ġie mibdul minn xi pjanti preliminarji, ħa jiġu salvati ħafna mis-siġar li hemm, ħafna ħa jkunu rilokati wkoll u fl-aħħar tal-proġett ħa jkun hemm 220 siġra aktar milli hemm illum.

    Strateġija utli li se tneħħi t-taboo

    Dwar is-saħħa mentali, il-Prim Ministru saħaq kemm dan huwa settur li qed jiġbed mhux biss attenzjoni imma fl-aħħar qegħdin naraw li jibda jitneħħa dan it-taboo.

    “Din hi sitwazzjoni fejn naħseb b’din l-istrateġija, qegħdin nuru kif il-qasam tas-saħħa mentali f’pajjiżna mhux biss qed noħduh b’serjeta’ imma anke qegħdin nagħmluha mainstreamedkemm jista’ jkun... Għandek servizzi li ħa jkunu aktar fil-komunita’ milli fl-isptarijiet imma li anke s-servizzi għall-kura tas-saħħa mentali, il-core tagħhom, ħa jkunu fi sptar ġdid li jkun parti minn Mater Dei li minnha nnifisha dik tgħin sew, għalkemm mhix biżżejjed biex tinqata’ ħafna mill-istigma,” kompla l-Prim Ministru.

    Bidliet sostanzjali għal tfal vulnerabbli 

    Bidla kbira dwar qasam ta’ persuni li ħafna drabi t-tfal filwaqt li kulħadd jitkellem dwar id-drittijiet tat-tfal, ftit li xejn nagħmlu u jkun hemm pressjoni biex isiru bidliet. 

    Permezz ta’ din il-liġi għall-protezzjoni tal-minuri, il-Prim Ministru enfasizza l-importanza li din il-liġi se ġġib magħha li se tolqot primarjament lil tfal vulnerabbli u twettaq tibdil konsiderevoli.

    Joseph Muscat fisser kif din hi liġi oħra li tikkumplimenta l-infrastruttura soċjali li qed jibni l-pajjiż fejn ngħinu lill-iktar nies vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0