L-għomja jdawru sfida f’opportunitajiet… qed ikabbru l-iStevia

  • Lul 20, 2019 20:50
  • Miktub minn Victor Vella
"

    Żgur li m'hemmx bżonn ta' ħafna spjegazzjoni biex nifhmu l-isfidi li ta' kuljum jgħaddu minnhom persuni neqsin mid-dawl. Iżda bosta persuni għomja Maltin u Għawdxin għażlu li jdawru dawn l-isfidi f'opportunitajiet. Dan hekk kif mill-uċuħ tar-raba’ fl-Imtaħleb ir-Rabat Malta, irnexxielhom jnisslu, jxettlu u jkabbru l-Stevia friska. Il-pjanta tal-Stevia tipproduċi zokkor li għal kuntrarju ta' dak li mdorrijin nużaw ma jħassarx is-snien u ma jżidx kaloriji. Għalhekk jista' jintuża bhħala sostitut taz-zokkor artifiċjali. L-ikkunsmar ta' zokkor li ġej minn din il-pjanta mhux biss jgħin biex wieħed jonqos fil-piż iżda wkoll jirregola l-pressjoni, isaħħaħ l-għadam u jgħin biex jipprevjeni l-kanċer fost l-oħrajn. 

    Il-proġett tal-Stevia jissejjaħ "Agriculture Beyond Light " u waħda mill-għanijiet prinċipali hi dik li din il-pjanta tkun tista' titkabbar fuq livell akbar f'pajjiżna permezz ta' Effective Microorganisms Water Ceramics biex jiġi żgurat li l-livelli tan-nitrati fl-ilma, ħamrija u demel jkunu tabilħaqq rispettati. Din l-inizjattiva ġiet varata tlett snin ilu bejn il-bdiewa u persuni neqsin mid-dawl stqarr Joseph Stafrace, it-Team Leader tan-Network Visual & Non Visual fi ħdan l-għaqda mhux governattiva Torball Society for the Blind. Dawk involuti f'dan il-proġett issa qed jaspiraw li jiġi ffirmat MOU bejn l-awtoritajiet kkonċernati u dan l-istess network. 

    Sa issa Malta dejjem impurtat iz-zokkor. Din hi ħlewwa differenti u li qed naħdmu biex indaħħluha fis-suq. Bħalma nsibu it-tadam frisk, hekk ukoll għandna insibu l-Stevia friska. Sa issa f’Malta l-Stevia hi impurtata kollha u hi preservata. Dan hu proġett li bih qed nimbuttaw ‘l quddiem l-inklużjoni soċjali billi persuni neqsin mid-dawl jinvolvu ruħhom fil-proċess tal-produzzjoni tal-Stevia; sostna Noel Farrugia li hu l-fundatur tan-network. 

    Tkellimna ma’ persuni neqsin mid-dawl involuti f’dan il-proġett fejn spjegawlna kif dan kien ta’ benefiċċju għalihom ghax qed jirnexxielhom ikabbru l-Stevia u jnisslu minnha. Il-benefiċċji offruti mill-Stevia mhux biss qed jibbenifikaw minnhom persuni neqsin mid-dawl iżda wkoll il-pajjiż b’mod inġenerali. 

    Sa issa diġa' saru bosta esperimenti fuq l-ispeċi Stevia rebaudiana. Issa jmiss li dawn ir-riżultati niddiversifikawhom u nibdew inkabbru l-Stevia b’mod nazzjonali fejn jiġi żgurat li l-prodott finali ikun wieħed ta' kwalità u li jista' jkun milħuq minn kulħadd. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0