Il-gvern iniedi kampanja edukattiva dwar it-traffikar tal-bnedmin

  • Lul 20, 2019 20:31
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi nieda kampanja fuq livell nazzjonali dwar it-traffikar tal-bnedmin. Il-kampanja Uman, bħalek (Human, like you) tnediet is-Sibt fil-Birgu u hija maħsuba sabiex iżżid l-għarfien fost il-pubbliku dwar l-isfida internazzjonali tat-traffikar tal-bnedmin.

    It-tema użata għal din il-kampanja tagħmel enfasi fuq il-mod kif it-traffikar tal-bnedmin jitratta lill-vittmi bħala prodott, jissuġġettahom għal sfruttament u jneħħilhom kull forma ta’ dinjità.

    Waqt li kienet qed tniedi din il-kampanja, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli qalet li din il-kampanja ser tkun l-ewwel pass fi proċess ta’ tisħiħ tal-politika ta’ pajjiżna kontra t-traffikar tal-bnedmin. Hija saħqet li l-gvern Malti jikkonsidra din il-kwistjoni bħala ksur tad-drittijiet tal-bniedem li għandha tiġi indirizzata bħal temi oħra kbar fuq livell globali.

    Il-kampanja edukattiva se tkun qed tolqot diversi udjenzi b’metodi differenti bil-għan li tħeġġeġ il-pubbliku jagħraf is-sinjali tat-traffikar uman u jieħu azzjoni dwarhom. Għal dan il-għan, il-kampanja ser tkun qed toħloq inizjattivi ta’ għarfien fost il-pubbliku, it-tfal u l-istudenti, is-soċjetà ċivili, is-settur privat u r-rapreżentanti tal-ħaddiema. Il-pjan tal-kampanja huwa li jintlaħqu wkoll kategoriji ta’ persuni li huma f’riskju akbar li jisfgħu vittmi ta’ traffikar uman, fosthom il-ħaddiema barranin f’pajjiżna. 

    “Għall-ewwel darba pajjiżna qed jagħti l-importanza li hemm bżonn fejn tidħol il-prevenzjoni. Bdejna nagħmlu l-almu tagħna sabiex nipprevenu dan ir-reat qabel ikun jista’ jgħolli rasu f’pajjiżna,” qalet is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli. Hija tkellmet dwar il-pjani tal-gvern li r-riforma tat-traffikar tal-bnedmin tagħti għodod ġodda lil pajjiżna sabiex jiġġieled dan il-fenomenu.

    Matul l-istess attività ġie mniedi wkoll is-sit elettroniku uffiċjali tal-kampanja – www.trafficking.gov.mt – li jiġbor fih ħafna informazzjoni utli għal pubbliku u għal professjonisti li xogħolhom iġibhom f’kuntatt ma’ persuni li potenzjalment jistgħu jkunu vittmi tat-traffikar tal-bnedmin. Is-sit elettroniku jiġbor fih stejjer ta’ vittmi li esperjenzaw dan ir-reat kif ukoll informazzjoni dwar forom differenti ta’ sfruttament u fejn wieħed għandu jirrikorri għall-għajnuna.

    L-informazzjoni fis-sit hija aċċessibbli b’sitt lingwi għall-benefiċċju tal-kommunitajiet barranin f’pajjiżna. B’rabta ma’ dan, l-informazzjoni se tkun provduta b’aktar lingwi differenti fiż-żmien li ġej. 

    Preżenti għal din it-tnedija kien hemm rapreżentanti ta’ entitajiet governattivi, partiti politiċi, is-soċjetà ċivili, korpi kostitwiti u kommunitajiet barranin. Attendew ukoll rapreżentanti ta’ ambaxxati barranin f’pajjiżna li qed jagħtu l-kontribut tagħhom f’din ir-riforma.

    It-tnedija ġiet indirizzata wkoll mis-Sur Giovanni Bressani, rapreżentant tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Immigrazzjoni f’Malta u l-ġurnalist is-Sur Keith Demicoli.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0