Ħabs għal mara li ma tgħallmitx mill-iżbalji tal-passat

  • Lul 20, 2019 19:42
  • Miktub minn iNews
"

    Lorita Pace li “jidher li ma tridx tigħallem mill-iżbalji tagħha tal-passat” kienet ikkundannata tliet snin u nofs ħabs wara li kisret ordni ta’ probation.

    Lura fl-2015, Pace kienet akkużata li serqet handbag, nuċċali tax-xemx, mobile phone, karti tal-kreditu, ċwievet u dokumenti oħra li kienu ta’ persuna anzjana u tpoġġiet taħt ordni ta’ probation għal żmien tliet snin. Fl-2012, hija kienet ikkundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal sena fuq reati simili.

    Madankollu, Pace kienet kisret l-ordni tal-probation minħabba l-problema tad-droga, bil-Qorti tirrakkomanda wkoll li ssegwi programm ta’ rijabilitazzjoni. Hija kienet irrifjutat milli tkompli ssegwi t-trattament tagħha fl-Isptar Monte Carmeli u waqqfet kull kuntatt mal-Aġenzija Sedqa u mal-uffiċjal tal-probation.

    Fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef Giovanni Grixti qal li: “huwa ċar li l-akkużata ma kinitx lesta titgħallem mill-passat u tfittex li tirriforma ruħha” u għalhekk ikkundannaha tliet snin u sitt xhur ħabs.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Kylie Borg.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0