“Dejjem fil-bżonn tal-‘foster carers’ - Alfred Grixti, Kap Eżekuttiv tal-FSWS

  • Lul 20, 2019 16:55
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) Alfred Grixti rrimarka li dejjem hemm bżonn ta’ ‘foster carers’ u appella biex aktar koppji u individwi jersqu ‘l quddiem biex jieħdu ħsieb tfal li jkunu ttieħdu lill-ġenituri naturali.

    Huwa sostna dan f’kumment li ta lil dan is-sit wara li tlabnih ir-reazjoni għad-dħul fis-seħħ tal-liġi li tipproteġi lill-minuri fejn issa ‘foster carer’ li tkun qed tieħu ħsieb minuri għal aktar minn ħames snin issa tista’ li tadotta lit-tifel jew tifla.

    Fil-preżent huma madwar 200 it-tfal li huma ‘fostered’ u daqstant ieħor huwa f’dan l-ilma n-numru ta’ individwi jew koppji li qed joffru servizz ta’ ‘fostering’. Fl-istess waqt hawn madwar 230 tifel u tifla oħra li qegħdin jgħixu fi djar tat-tfal u għalhekk hemm lok ukoll li jiġu ‘fostered’ jekk mhux possibilment adottati.

    Waqt li qalilna li l-liġi għandha sa Diċembru biex taħdem kif mixtieq u ippjanat, Grixti rrikonoxxa li tkun ‘foster carer’ mhux faċli anke għax tlieta minn kull erbgħa diġa għandhom it-tfal tagħhom u għall-fatt li t-tfal ‘fostered’ ikunu ħafna drabi ġejjin minn ‘backgrounds’ diffiċli.

    Grixti spjegalna li minbarra ‘fostering’ għal perjodu twil ta’ żmien hemm ukoll min jipprovdi dak li jissejjaħ ‘respite fostering’ fejn iżommu tfal għal perjodu limitat u x-‘short fostering’ fejn it-tifel jew tifla jinżammu għand individwu jew koppja sakemm jinstab xi ħadd iktar permanenti li jieħu ħsiebhom.

    Għalkemm irrikonoxxa l-għajnuna finanzjarja li l-Istat jagħti lill-‘foster carers’ u li dan jgħinhom għax mhux faċli tmantni lit-tfal, il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS saħaq li dawk li jagħmluha ta’ ‘foster carers’ qed jagħtu servizz minn qalbhom u ma joffrux dan is-servizz jekk mhux għax ġej mill-qalb.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0