“Se naħdem biex dak li wiegħdet Von Der Leyen issa twettqu“ - l-MEP Dr Josianne Cutajar

  • Lul 20, 2019 12:18
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Membru Parlamentari Ewropew Dr Josianne Cutajar saħqet li l-vot ta’ fiduċja f’Ursula Von Der Leyen hu biss il-bidu, hekk kif issa l-Parlament irid jassigura li kull ma ġie mwiegħed jitwettaq.

    Hija esprimiet is-sodisfazzjoni tagħha għall-fatt li wara l-ewwel laqgħa ta’ Von Der Leyen mal-grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi, il-President-eletta tal-Kummissjoni Ewropea uriet iktar impenn lejn aġenda soċjali u progressiva.

    Dan qalitu hekk kif intemmet ġimgħa impenjattiva fi Strasburgu, fejn il-Parlament Ewropew approva n-nominazzjoni ta’ Ursula Von Der Leyen biex tippresjedi l-Kummissjoni Ewropea.

    Cutajar saħqet li ser tkun qed issegwi b’attenzjoni l-ħidma ta’ Von Der Leyen, speċjalment fir-rigward tal-proposti soċjali li kkommettiet ruħha għalihom, fosthom il-bżonn ta’ paga minima ġusta f’kull Stat Membru Ewropew. Dan flimkien mal-impenji ta’ Von Der Leyen fil-qasam ambjentali, liema impenji huma essenzjali fil-kuntest Ewropew. Il-kunċett ta’ ‘Green Deal’ – strateġija fit-tul għall-ħarsien ambjentali, huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, sostniet Cutajar.

    Iktar kmieni din il-ġimgħa, Dr Josianne Cutajar issottomettiet stqarrija bil-miktub fil-Parlament Ewropew dwar il-bżonn ta’ Kummissarju għad-drittijiet tat-tfal. Filfatt, waqt id-diskors tagħha, Von Der Leyen tkellmet dwar il-bżonn li d-drittijiet tat-tfal jiġu mħarsa, ukoll permezz tal-Garanzija tat-Tfal. Filwaqt li dan hu pass pożittiv, saħqet Cutajar, hija ser tkompli tagħti l-appoġġ tagħha lill-inizjattiva tal-Eurochild lejn in-nomina ta’ Kummissarju li jħares il-bżonnijiet tat-tfal.

    L-MEP Cutajar sostniet ukoll illi l-Unjoni Ewropea trid tgħaddi mill-kliem għall-fatti fil-qasam tal-vjolenza kontra n-nisa. L-impenn ta’ Von Der Leyen li tmexxi lill-Unjoni lejn ir-ratifika tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul dwar il-vjolenza domestika u l-vjolenza kontra n-nisa hu pass pożittiv, u hija miżura li Cutajar enfasizzat tul il-kampanja elettorali tagħha. Iżda dan hu biss il-bidu fil-ġlieda internazzjonali kontra l-vjolenza.

    Cutajar ikkonkludiet li l-miri ta’ Von Der Leyen jidhru pożittivi u jaqblu mal-viżjoni soċjali tagħha għal Ewropa qrib in-nies. Għaldaqstant hi ser tkun qed taħdem biex tassigura li dik il-viżjoni issa ssir realtà.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0