“Il-proġetti huma ħafna… se nibqgħu flimkien”

  • Lul 20, 2019 08:47
  • Miktub minn iNews
"

     

    “Diffiċli li wieħed jgħid x’se jiġri fil-futur iżda fil-preżent qed naħdmu fuq it-tour tas-sena d-dieħla. Hemm diversi proġetti. Li hu żgur hu li se nibqgħu flimkien.”

    Sostnew dan it-tliet kantanti Taljani li flimkien jifformaw il-grupp Il Volo, f’kummenti li għaddew lil inewsmalta ftit sigħat qabel ma taw kunċert memorabbli u emozzjonanti fl-MFCC, Ta’ Qali. 

    Din kienet it-tielet darba li Gianluca Ginobile, Ignazio Boschetto u Piero Barone kantaw f’pajjiżna u kull darba li jiġu hawn Malta jibqgħu impressjonati bl-akkoljenza u l-merħba sabiħa li jingħataw mill-poplu Malti.

    Fl-aħħar deċennju, huma kisbu fama mondjali, b’kunċerti fosthom fil-Ġappun, l-Amerika u madwar l-Ewropa kollha. Din is-sena hija waħda speċjali għalihom hekk kif qed jiċċelebraw l-10 sena anniversarju tagħhom mit-twaqqif tagħhom bħala grupp.

    Kien proprju waqt il-programm televiżiv Taljan Ti Lascio Una Canzone meta dan it-trio tant popolari ngħaqdu flimkien bħala grupp. Grupp li kellu x-xorti li jkanta kanzunetti kemm cover versions mill-era klassika fosthom Il Mondo u O Sole Mio kif ukoll diversi kanzunetti miktuba lilhom b’mod oriġinali bħal Grande Amore u l-iżjed waħda riċenti bl-isem ta’ Musica Che Resta.

    Ta’ età daqshekk zgħira, huma kellhom ukoll xorti kbira li jikkollaboraw ma’ persuni kbar fl-industrija bħal Barbra Streisand fost oħrajn. Dan filwaqt li kellhom diversi opportunitajiet li jsemmgħu leħinhom f’serati speċjali bħal PBS Special fl-Amerika kif ukoll f’Sanremo li ħadu sehem fih darbtejn u li fl-ewwel wieħed wassalhom għal rebħa b’biljett għall-Eurovision, fejn ikklassifikaw fit-tielet post.

    Waqt il-konferenza stampa li saret ilbieraħ fl-Istitut Kultarali Taljan, il-Belt Valletta, Il Volo qalu wkoll li ma jiddejqu xejn li fil-futur jikkollaboraw ma’ artisti Maltin bħal Michela Pace u t-tenur Malti Joseph Calleja.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0