Waterpolo: Neptunes jirbħu d-derby tal-Balluta

  • Lul 19, 2019 21:39
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Christine Borg

    Kampjonat Premier

    San Ġiljan.................... 15

    Neptunes..................... 16

    (3-4, 6-3, 3-5, 3-4)

    Neptunes komplew jik­konvinċu u rebħu d-derby tal-Balluta bl-iskor ta' 16-15 li rriżulta bħala wieħed ferm eċċitanti u nċert,  biex b'hekk wara t-telfa li sofrew nhar l-Erbgħa li għadda kontra Sirens, issa l-Ġiljaniżi sofrew it-tieni telfa konsekuttiva.

    Neptunes ħarġu ferm aggressivi u rebħu l-ew­wel sessjoni bl-iskor ta' 4-3, b'Petar Muslim u Stevie Camilleri (2) bit-tieni goal tiegħu jasal minn penalty u ħuh Jordan Camilleri isibu x-xibka filwaqt li Dino Zammit, Darren Zammit u Niksa Dobud wieġbu għall-Ġiljaniżi.

    Fit-tieni sessjoni kienet imperattiva r-reazzjoni minn San Ġiljan u proprju hekk ġara meta huma rebħuha bl-iskor ta' 6-3 biex daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta' 9-7.

    Is-sitt goal tagħhom ġew skorjati minn Niksa Dobud (2) bl-ewwel goal jasal minn penalty, Guillermo Molina, doppjetta ta' Dino Zammit u mill-captain Matthew Zammit.

    Min-naħa l-oħra, it-twe­ġiba ta' Neptunes waslet minn doppjetta ta' Petar Mus­lim u Jordan Camilleri biex naqqsu d-distakk għal żewġ goals.

    Fit-tielet sessjoni, Neptunes irritornaw għar-rebħ meta trijonfaw bl-iskor ta' 5-3 biex din intemmet f'paritá ta' 12-12 u kollox kien jiddependi mill-aħħar sessjoni.

    Għal Neptunes skorjaw Jordan Camilleri (2) u Stevie Camilleri (2) bl-ewwel goal jasal minn penalty, waqt li t-tieni wasal minn sitwazzjoni ta' man-up wara li tkeċċa Dobud, u Darko Brguljan

    Dan filwaqt li l-goals għall-Ġiljaniżi waslu minn Niksa Dobud u Guillermo Molina (2) bl-ewwel goal jasal minn penalty.

    Neptunes rebħu l-aħħar sessjoni b'punteġġ ta' 4-3 għal skor finali ta' 16-15, bl-iskorers ikunu Brguljan, Stevie Camilleri u Nikolai Zammit (2), waqt li Molina skorja t-tliet goals tal-Ġiljaniżi.

    San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Ben Grech, 3-Andreas Ga­lea, 4-Niksa Dobud (4), 5-Guillermo Molina (6), 6-Matthew Zammit (1), 7-Ben Plumpton, 8-Kai Dow­ling, 9-Tristan Said, 10-Darren Zammit (1), 11-Paul Fava, 12-Dino Zammit (3), 13-Thomas Micallef - Coach: Marko Orlovic

    Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Niki Lanzon, 3-Ken Erdogan, 4-Gabriel Pace, 5-Petar Muslim (3), 6-Darko Brguljan (2), 7-Stevie Camilleri (5), 8-Jordan Camilleri (4), 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit (2), 11-Jake Muscat, 12-Matthias Azzopardi, 13-Benji Busuttil - Coach: Jovan Popovic

    Referees: Mario Dalli, Luca Bianco

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0