Rapport maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juri li matul l-2017 in-numru ta’ vetturi fil-pajjiż żdiedu b’medja ta’ 36 kuljum.
Fl-istess waqt in-numru ta’ vetturi b’liċenzja ġdida, kemm jekk ġodda kif ukoll jekk ‘second-hand’, żdiedu b’medja ta’ 68 kuljum.
Id-differenza hija li l-istokk tal-vetturi jinkludi karozzi li jkunu għall-bejgħ u tittieħed ukoll konsiderazzjoni ta’ dawk li jiġu skrappjati.
L-istatistika turi li sal-aħħar tal-2017 f’Malta u Għawdex kien hawn reġistrati 372,061 vettura jiġifieri 13,114 jew 3.7% fuq l-2016.
In-numru ta’ karozzi tal-passiġġieri laħaq il-291,799, żieda ta’ 3.1% fuq l-2016, u ammontaw għal 78.4% tal-vetturi kollha fil-pajjiż.
L-NSO sab li kien hemm żieda konsiderevoli ta’ 10.4% fil-muturi liċenzjati li kienet attribwita għall-miżura fil-baġit li l-Gvern daħħal fl-2015.
Matul l-2017 kien hemm 14,834 vettura li ma kienux qed jintużaw u reġgħu daħlu fit-triq mentri 26,661 twaqqfu milli jintużaw.
In-numru ta’ karozzi skrappjati kienu 7,943, dawk esportati 359 mentri 29 karozza kienu impurtati lura minn barra l-pajjiż.
Kien hemm ukoll 1,407 li ġew skrappjati bħala parti mill-iskema ta’ karozzi ġodda fit-toroq mentri l-eta medja tal-vetturi kienet ta’ madwar 14-il sena.
Il-lokalita tal-Mosta kienet l-iktar waħda li fiha kien hemm sidien ta’ vetturi reġistrati bi 17,910 li kien 4.8% tal-popolazzjoni u medja ta’ 87 vettura għal kull 100 abitant.
Warajha ġiet San Pawl il-Baħar b’4.7% u Birkirkara b’4.5% ta’ vetturi reġistrati mir-residenti li jgħixu fihom meta ipparagunat mal-bqija tal-pajjiż.
Il-lokalitajiet l-oħra fil-lista tal-aktar 10 b’vetturi reġistrati tara wkoll lin-Naxxar, Ħal Qormi, Ħaż-Żabbar, San Ġwann, Tas-Sliema, Ħaż-Żebbuġ u Ħ’Attard.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.