Ian Borg jinsisti li s-Central Link se tkun rotta iktar “ħadra”

  • Lul 19, 2019 19:35
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Proġetti Kapitali Ian Borg qed jinsisti li l-proġett tas-Central Link se jagħmel ir-rotta aħjar mill-aspett ambjentali għax se jnaqqas it-tniġġiż b’mod drastiku.

    Fi sfond ta’ kritika ħarxa minn bosta li qed jilmentaw li l-proġett se jaħsad għexieren ta’ siġar, huwa irrimarka li l-proġett se jnaqqas il-ħin li l-karozzi jdumu mwaħħlin fit-traffiku bin-nofs waqt li se jkun hemm ukoll ‘cycle lanes’ għall-ewwel darba.

    Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima Jose Herrera irreaġixxa billi qal li l-Gvern naqqas in-numru ta’ siġar li se jinqalgħu bin-nofs u nofs dawn is-siġar huma protetti.

    Huwa rrimarka li minflok se jitħawwlu 1,600 siġra fl-inħawi b’760 tul ir-rotta biex b’hekk in-numru ta’ siġar fl-akwati se jiżdiedu b’madwar 200.

    Il-proġett approvat mill-Awtorita tal-Ippjanar jaħseb għall-bini mill-ġdid tat-triq li tgħaddi mill-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali maħsuba primarjament biex tindirizza l-konġestjoni tat-traffiku f’din il-parti ċentrali tal-pajjiż.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0