Jirriżenjaw tliet membri tal-Awtorita tal-Ippjanar

  • Lul 19, 2019 18:26
  • Miktub minn iNews
"

    Tliet membri tal-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar irriżenjaw għal dawk li kienu deskritti bħala “raġunijiet personali”.

    Kien il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg li ħabbar dan fuq il-profil tiegħu tal-Facebook.

    Huwa rringrazzja lil Matthew Pace, Ivan Tabone u l-Perit Mariello Spiteri u sostna li mhux faċli li wieħed iservi u jkun espost għall-kritika.

    Fl-istess waqt li rrikonoxxa li wieħed għandu jkun lest li jaċċetta kritika kostruttiva nsista li mhux aċċettabbli li jsiru attakki kif saru fl-aħħar sigħat.

    Borg esprima wkoll is-solidarjeta maċ-Ċermen tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) Victor Axiak u rrimarka li qed iservi tajjeb u b'kompetenza l-kariga li għandu.

    Il-Professur Axiak kien fil-mira tal-kritika wara li ivvota favur il-proġett tas-Central Link.

    Mit-tliet membri li rriżenjaw l-iktar li kien fil-kritika fuq allegat kunflitt ta' interess kien Pace.

    Huwa kien ivvota favur il-proġett tad-Db fis-sit f'San Ġiljan fejn kien hemm l-ITS imma l-Imħallef Chetcuti annulla l-permess wara li rriżulta li Pace kien jaħdem ma' kumpanija involuta fil-bejgħ tal-proprjeta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0