Sitt xhur ħabs għal raġel li baqa’ dieħel ġo karozza

  • Lul 19, 2019 17:46
  • Miktub minn iNews
"

    Ir-raġel ta’ 44 sena li ipprova jaħrab lill-Pulizija u baqa’ dieħel bil-karozza tiegħu ġo oħra kien ikkundannat sitt xhur ħabs wara li nstab ħati ta’ diversi akkużi fosthom sewqan traskurat.

    James Grima instab ħati wkoll li kellu fil-pussess tiegħu droga u armi tan-nar, li kiser sentenza tal-Qorti u li kkaġuna ħsara fi proprjeta ta’ ħaddieħor.

    Quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri s-Supretendent Johann Camilleri spjega kif Grima kien segwit mill-Pulizija fuq informazzjoni li seta kellu d-droga u meta marru għalih rema oġġett mal-art mill-karozza li rriżulta li kienet borża bl-eroina qabel ipprova jaħrab minn fuq il-post.

    Wara li kien arrestat il-Pulizija għamelt rejd f’razzett f’Ta’ Qali fejn sabet aktar eroina, kokaina, żewġ snieter tal-kaċċa taħt munzell tiben u €60,000.

    Min-naħa tiegħu, l-Avukat Edward Gatt argumenta li l-klijent tiegħu kellu problema ta’ droga u  alkoħol kif ukoll kien ibati mill-Obsessive Compulsive Disorder u li beda jieħu l-eroina fil-Ħabs.

    Minbarra s-sitt xhur ħabs, il-Maġistrat Camilleri ordnat l-konfiska tal-armi tan-nar u l-qerda tad-droga maqbuda f’dan il-każ.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0