Il-kumpanija tal-blockchain Efforce se titwaqqaf f’pajjiżna

  • Lul 19, 2019 14:24
  • Miktub minn iNews
"

    Steve Wozniak, il-ko-fondatur ta’ Apple, ħabbar li l-kumpanija tal-blockchain Efforce, li tiffoka fuq l-effiċjenza tal-enerġija, se tkun qiegħda tiftaħ il-kwartieri ġenerali tagħha f’Malta. 

    F’avveniment li sar il-Ħamis li għadda fejn ġew imħabbra aktar dettalji tad-DELTA Summit, Wozniak faħħar lil Malta tal-ideal tagħha fuq approċċi innovattivi u miftuħa għan-negozju.

    “Qed inkunu kuraġġjużi u nagħmlu l-almu tagħna kollu. Kburi li kont involut f’tali sforz biex inwaqqaf din il-kumpanija f’Malta. Dan ifisser ħafna għalija,” tenna Wozniak li esprima wkoll l-intenzjoni tiegħu li jara l-kumpanija tikber aktar f’pajjiżna.

    Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri laqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni li l-kumpanija Efforce titwaqqaf f’Malta.

    “Dan jagħtini l-enerġija biex naħdem aktar u nikseb aktar. Bla dubju, Malta qed tattira aktar kumpanija, mhux biss f’termini ta’ numri imma wkoll f’termini ta’ kwalità u talent,” sostna s-Segretarju Parlamentari Schembri.

    Id-DELTA Summit se jsir bejn it-2 u s-6 ta’ Ottubru ġewwa l-MFCC u t-tema magħżula għal din is-sena se tkun “Akbar u Aħjar”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0