[FILMAT] “Se nemozzjonaw ruħna u nisperaw li nemozzjonaw lill-pubbliku” - Il Volo

  • Lul 19, 2019 14:12
  • Miktub minn iNews
"

    “Ħerqanin ħafna li nkantaw it-tlieta li aħna flimkien. Se nkunu qegħdin inkantaw numru ta’ kanzunetti famużi mir-repertorju tagħna. Se nemozzjonaw ruħna u nisperaw li nemozzjonaw lill-pubbliku.” 

    Hekk sostnew it-tliet kantanti Taljani li flimkien jifformaw il-grupp Il Volo, f’kummenti li għaddew lil inewsmalta.com fi tmiem konferenza stampa li saret fl-Istitut Kulturali Taljan ġewwa l-Belt Valletta.

    Gianluca Ginobile, Ignazio Boschetto u Piero Barone, se jkunu qed ikantaw f’kunċert li se jittella’ llejla ġewwa l-MFCC, Ta’ Qali. Din hija t-tielet darba li dan il-grupp jinsab f’pajjiżna u fost il-kanzunetti l-iktar popolari tagħhom hemm “Grande Amore” u “Musica Che Resta”.

    Il Volo li fl-aħħar deċennju kisbu fama mondjali, b’kunċerti fosthom Ġappun, l-Amerika u madwar l-Ewropa, qegħdin jiċċelebraw l-10 snin anniversarju tagħhom permezz ta’ tour estensiv ieħor f’diversi pajjiżi, inkluż Malta. 

    Meta mistoqsijin dwar il-futur tagħhom, huma qalulna li “diffiċli li wieħed jgħid x’se jiġri fil-futur” iżda sostnew li fil-preżenti qegħdin jaħdmu fuq it-tour għas-sena d-dieħla. “Hemm diversi proġetti li qed naħdmu fuqhom. Li hu żgur hu li se nibqgħu flimkien.”

    Il Volo qalulna wkoll li kull darba li jiġu hawn Malta jibqgħu impressjonati bl-akkoljenza u l-merħba sabiħa li jingħataw mill-poplu Malti u ta’ dan irringrazzjawhom.

    F’kummenti oħra, huma qalu li segwew l-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta u baqgħu impressjonati bil-kantanta Michela Pace u l-kanzunetta tagħha Chameleon li qalu “għoġbithom ħafna.” Fl-istess waqt qalu li ma jiddejqu xejn li fil-futur jikkollaboraw ma’ artisti Maltin bħalma hi Michela u t-tenur Malti Joseph Calleja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0