“Intom il-proxxmu tagħna” … L-Isqof t'Għawdex iqabbel lill-pulizija mas-Samaritan it-tajjeb

  • Lul 19, 2019 10:33
  • Miktub minn iNews
"

    “Intom il-proxxmu tagħna.” Hekk iddeskriva lill-Pulizija l-Isqof t’Għawdex Mario Grech fl-omelija tiegħu waqt li kien qed jikkonċelebra quddiesa b’suffraġju għall-Pulizija mejtin.

    L-Isqof Grech qabbel lill-Pulizija mas-Samaritan it-tajjeb, u tenna l-importanza tax-xogħol li jagħmlu mal-vittmi tal-kriminalità. Saħaq li “għal ħafna mill-vittmi tal-imġiba diordinata tal-bnedmin, allaħares ma tkunx il-pulizija li tgħinhom iqumu fuq riġlejhom.”

    Tenna li “biex jagħmlu dan l-eżerċizzju l-pulizija, li huma gwardjani tal-ġustizzja u mhux tant tal-liġi, jeħtieġu mhux biss l-għarfien tal-liġi imma li jkollhom qalb kbira. Għax hija l-qalb u mhux l-għajnejn li tara dak li huwa essenzjali fil-ħajja. Minkejja li s-saċerdot u l-Levita kienu għorrief tal-liġi, xorta baqgħu “ma rawx” lil dak ir-raġel; min-naħa tiegħu, is-Samaritan kellu qalb kbira u ra dak li ħaddieħor ma rax. Għalhekk nirrakkomanda li fil-Korp tal-Pulizija flimkien mal-formazzjoni akkademika tingħata wkoll attenzjoni biex tkun iffurmata l-qalb tal-membri. Daqskemm tkun kerha li jkollna pulizija bla moħħ, daqshekk u aktar tkun kerha li jkollna pulizija bla qalb.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0