[FILMAT] “Ħsibtha xi ċajta kif ċempilli l-Ispettur... xammejt rwejjaħ qawwijin u ġejt hawn bla ma tista' tagħmel xejn“

  • Lul 18, 2019 10:53
  • Miktub minn iNews
"

    “Fit-3 a.m qomt u xammejt riħa qawwija ta’ ħruq. Għall-ewwel ħsibthom kienu xi bombi tal-festa, iżda aktar tard irċevejt telefonata mingħand l-Ispettur li ħarquli sitt karozzi”. Hekk beda biex jgħid magħna sid il-vetturi li nħarqu dal-lejl f’Ħal Qormi.

    Jonathan Cortis spjegalna li l-ewwel ħsieb tiegħu kien li kienet xi ċajta iżda kif kompla jitkellem mal-Ispettur u kkonferma dwar il-każ, il-prijorità kienet jekk kinitx saret ħsara lir-residenzi li quddiemhom kien hemm ipparkjati l-imsemmijin karozzi.

    Cortis żied jgħidilna li għalkemm ma jistax jgħid minn ħaraqlu dawn il-vetturi, xi ġimgħat ilu kien irċieva theddid minn persuni li heddewh li kellhom il-ħsieb li jagħmlulu ħsara fil-proprjetà tiegħu. Huwa kkonferma ma’ inewsmalta li wara huwa kien irraporta dwar dan it-theddid mal-Pulizija.

    Aktar kmieni dalgħodu sitt vetturi f’Ħal Qormi nħakmu minn nirien u sofrew ħsarat estensivi. Il-vetturi kienu Maruti, Daihatsu, Peugeot 307, Range Rover Free Lander, Fiat Punto u Suzuki Vivo.

    Ritratti: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0