Krewlhom stalel “mhix adattati għall-bhejjem”

  • Lul 18, 2019 08:15
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit
"

    Ilbieraħ filgħodu, għexieren ta’ persuni nstabu jgħixu f’kundizzjonijiet mhix sanitarji, b’kirjiet illegali, ġewwa stalla taż-żwiemel fil-Marsa. Dan wara li uffiċjali tal-Pulizija, flimkien ma’ uffiċjali ta’ awtoritajiet differenti, żaru s-sit u wettqu azzjoni ta’ infurzar kontra s-sid tal-post.

    Minkejja li l-Kap tal-Eżekuttiv tal-Awtorita tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, sostna ma’ dan il-ġurnal li l-Awtorita ħadet azzjoni immedjata wara li kienet mgħarrfa fuq dan is-sit “madwar tlett ġimgħat”, kienet il-gazzetta It-Torċa, li f’Awwissu li għadda, kien żar l-istalel fil-Marsa u rrapurta fuq kif numru ta’ persuni kienu qegħdin jgħixu ġewwa dawn l-istilel.

    Kien l-Erbgħa filgħodu li uffiċjali tal-Awtorita tal-Ippjanar, kif ukoll mit-Taqsimiet tal-Infurzar tal-Liġi Amministrattiva (ALE), is-Sezzjoni tal-Immigrazzjoni u l-RIU fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, flimkien ma’ uffiċjali fi ħdan l-Awtorita tas-Saħħa, marru fuq l-istalla li tinsab fi Triq il-Ġerrejja ġewwa l-Marsa, fejn hemmhekk, il-fuq minn tmenin persuna nstabu jgħixu f’kundizzjonijiet indiċenti.

    Sena wara r-rapporti fuq it-Torċa…

    Mat-80 persuna misjuba jgħixu ġewwa stalla taż-żwiemel fil-Marsa, 45 minnhom arrestat

    F’kumment ma’ dan il-ġurnal, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita tal-Ippjanar, Johann Buttiġieġ, sostna li l-Awtorita kienet mgħarrfa b’dan is-sit madwar tlett ġimgħat ilu. “Ħadna azzjoni immedjata, tant li fuq il-post ħalleja avviż ta’ infurzar, għall-attenzjoni tas-sid u kif ukoll tar-residenti.”

    “Jidher illi, minkejja dan l-avviż, la s-sid u lanqas dawk li kienu qegħdin jabitaw ġewwa l-post ma’ ħadu xi tip t’azzjoni. U kien għalhekk li l-Awtorita, f’ħidma konġunta ma’ entitajiet differenti, ħadu sehem f’din l-operazzjoni ta’ infurzar.”

    B’rabta mal-operazzjoni, Buttigieg saħaq li l-pulizija għamlet mal-45 arrest, hekk kif ħafna minn dawk li kienu qegħdin jabitaw ġos-sit ma kellhomx il-permessi tar-residenza tagħhom aġġoranti, jew inkella ittieħdu mill-forzi tal-ordni biex jassiguraw l-indentita tagħhom.

    Buttigieg ddeskriva l-kundizzjonijiet ġewwa s-sit bħala “inumani… sa’ erba immigranti kienu qegħdin jgħixu fi kmamar b’daqs ta’ bejn seba’ u disa’ metri kwadri. Fi spazju ta’ 20 metru kwadru, kien hemm medja ta’ 12-il persuna li kienu jsajru, jinħaslu u jgħixu.”

    Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita kkonċeda li l-Awtorita kienet qegħda tħares iktar bil-qrib lejn propjetajiet oħra fl-inħawi tas-sit fejn saret l-operazzjoni, hekk kif waslu diversi rapporti differenti fuq binjiet oħra li kienu qegħdin jintużaw għal skopijiet simili.

    Intant, dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-Pulizija fuq jekk waslux rapporti simili, u fuq l-ammont ta’ nies eżatti li kienu misjuba fis-sit, pero sal-ħin tal-pubblikazzjoni, dan il-ġurnal ma ngħatax ir-risposta mitluba.

    “Konna medja ta’ tmienja min-nies.. Ġieli aktar, ġieli inqas”

    Madanakollu, il-gazzetta It-Torċa f’Awwissu tas-sena li għaddiet, kienet rrapurtat kif, wara li iktar kmieni fl-2018, numru ta’ persuni nstabu jgħixu f’maqjel f’Ħal Qormi, huma spiċċaw jgħixu f’dawn ir-remissi, li kienu stalel għaż-żwiemel, spiċċaw r-residenza għal għadd kbir ta’ immigranti.

    Wieħed mir-residenti kien saħaq li r-razzett tal-Marsa kien aħjar minn siti alternattivi “għaliex f’postijiet oħra, mhix kulħadd iħares sabiħ lejna. Kien hemm nies li anke għajruni. Hawnhekk, qegħdin aktar għalina.”

    Sorsi qrib il-Pulizija kienu tennew li huma ma setgħux jieħdu passi kontra dawk li qegħdin jikru dawn l-istalel għaliex “mhumiex offiżi kriminali. L-Azzjoni trid tittieħed mill-Awtorita tal-Ippjanar, u mill-Awtorita għat-Turiżmu, fuq il-bażi ta’ akkomodazzjoni mhix liċenzjata.”

    Fuq is-sid tal-għalqa ġewwa Ħal Qormi, il-Pulizija ma kinitx pproċediet kontrih, wara li r-residenti ddeċiedu li ma riedux jixhdu kontrih. Għadu mhix magħruf jekk din id-darba, ir-residenti tas-sit fil-Marsa hux sejrin jagħmlu l-istess.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0