Waterpolo: Neptunes jirbħu logħba bilanċjata

  • Lul 17, 2019 20:49
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Christine Borg

    Kampjonat Premier

    Neptunes...................... 10

    Sliema............................ 9

    (2-3, 3-2, 2-2, 3-2)

    F'partita bilanċjata li ntlagħbet quddiem l-akbar folla tal-istaġun Neptunes għelbu lir-rivali eterni Sliema bl-iskor ta' 10-9.

    Għal Neptunes spikka ferm Jordan Camilleri li skorja erba' goals filwaqt li l-aħjar players ta' Sliema kienu Gavril Subotic u Jerome Gabarretta li bej­niethom skorjaw sitt goals.

    Sliema trijonfaw fl-ewwel sessjoni bl-iskor strett ta' 3-2 b'goals minn Gavril Subotic u Jerome  Gabarretta (2), b'Jordan Camilleri u Darko Brgulajn minn man-up wara li tkecca Norbert Hoznyansky jwieġbu għal Neptunes.

    Fit-tieni sessjoni kienet imperattiva r-reazzjoni minn Neptunes biex irnexxielhom jidħlu jistrieħu fi draw ta' 5-5.

    Għalihom skorjaw Gab­riel Pace (2) u Jordan Camilleri filwaqt li Gavril Subotic u Zach Mizzi sabu x-xibka għas-Slimiżi.

    Il-partita kompliet tisbieħ fit-tielet sessjoni u ntemmet fi draw ta' 2-2 b'Michael Spiteri Staines u Gavril Su­botic, kważi minn nofs pitch, skorjaw għal Sliema. Dan filwaqt li Jordan Camilleri (2), bl-ewwel goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Benji Cachia, skorja għat-team tal-Balluta.

    Fundamentali kienet l-aħ­ħar sessjoni biex tiddetermina min kellu joħroġ rebbieħ fejn kienu Neptunes li reb­ħuha bl-iskor ta' 3-2 b'Darko Brguljan minn penalty u Stevie Camilleri (2) bit-tieni goal jasal minn penalty jiskorjaw għalihom.

    Min-naħa l-oħra, Gavril Subotic u Nicholas Bugelli, sabu x-xibka għal Sliema.

    Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Niki Lanzon, 3-Ken Erdogan, 4-Gabriel Pace (2), 5-Petar Muslim, 6-Darko Brguljan (2), 7-Stevie Camilleri (2), 8-Jordan Camilleri (4), 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit, 11-Jake Muscat, 12-Mat­­thias Azzopardi,  13-Benji Busuttil - Coach: Jovan Popovic

    Sliema: 1-Joseph Parnis, 2-Jerome Gabarretta (2), 3-Gavril Subotic (4), 4-Jacob Sciberras, 5-Mark Meli, 6-Nor­bert Hoznyansky, 7-Michael Spiteri Staines (1), 8-Liam Galea, 9-Benji Cachia, 10-Jamie Gambin, 11-Zach Mizzi (1), 12-Nicholas Bugelli (1), 13-Miguel Vassallo, 14-Benji Cachia - Coach: Sergio Afric

    Referees: Peter Balzan, Andrea Zedda

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0