“Dan in-negozju hu ta’ għajb … se nivvotaw kontra” - il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia

  • Lul 17, 2019 20:22
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia fl-intervent tiegħu fil-mozzjoni dwar it-tibdil ta’ kundizzjonjiet tal-lukanda Fortina, qal li l-ftehim hu li l-ħlas ikun wieħed żgħir fil-bidu u mbagħad l-ammont l-ieħor jitħallas fuq għaxar snin. Qal li dan hu negozju ħażin fejn tidħol il-proprjetà.

    “F’dan in-negozju m’hemm xejn xi ssalva għax hu għajb”, iddikara Delia. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia iddikjara li l-investituri l-kbar qed jiddettaw fil-ftehim il-kbar li qed isiru u li fihom il-poplu qed jinsteraq.

    Hu staqsa jekk f’Tas-Sliema bħalissa hemmx bżonn l-aktar postijiet ta’ spekulazzjoni jew iktar postijiet ta’ turiżmu ta’ kwalità. ll-Kap tal-Oppożizzoni, Adrian Delia qal li l-gvern jgħid li m’hawnx art biżżejjed għall-akkomodazzjoni soċjali u li hawn eluf li jlaħħqux mal-kirijiet. Iċ-ċittadin Malti m’għandux il-kundizzjoni li jista’ jħallas f’10 snin u għalhekk il-gvern qed jagħmilha ta’ bank mal-ispekulatur iżda liż-żgħir mhux ituh l-istess opportunitajiet. Hu qal li l-Oppożizzjoni se tivvota kontra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0