Ittra uffiċjali kontra l-Konfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat …Jgħid li tahom mal-€500,000 iżda ma nsinwawx il-ftehim

  • Lul 17, 2019 19:38
  • Miktub minn iNews
"

    Persuna li ddedikat l-parti l-kbira minn ħajjitha u ġidha lill-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat li tant hija għall-qalba, ilmentat li minkejja li tathom donazzjonijiet li jlaħħqu madwar €500,000 matul is-snin, dawn ma jridux jinsinwaw ftehim milħuq bejniethom fl-2009, biex ikunu jistgħu jagħmlu ta’ rashom wara mewtu.

    Chev Joseph M. Vassallo, li għandu mat-88 sena, qal li dan l-aġir ħoloqlu ansjetà u weġgħa emozzjonali. Inewsmalta hu nfurmat li Chev. Vassallo kien unikament sponsorja vent’Artal tal-fidda mastizz ikkastjat b’madwar 55 kilo fidda, li waħdu jqum mijiet ta’ eluf ta’ ewro, fost ħafna proġetti oħra.

    Bħala rikonoxximent ta’ dawn id-donazzjonijiet sostanzjali, l-Arċikonfraternità fi ħdan is-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat, kienet qablet li ssir lapida b’mod prominenti u permanenti, ad unur Chev Vassallo u l-mara tiegħu fl-Oratorju tal-Arcikonfraternità, Rabat li fil-fatt saret a spejjes ta’ l-istess Vassallo wara li l-Kurja Arċiveskovili tat l-approvazzjoni tagħha. Minn stħarriġ li għamilna jidher li xi uffiċjali tal-Arċikonfraternita riedu li wara l-mewt Vassallo, din il-lapida titneħħa u għalhekk Vassallo saħaq li l-ftehim li kien sar fis-7 ta’ Novembru 2009 quddiem in-Nutar Robert Micallef, għandu jiġi insinwat jew transuntat, imma minkejja qbil dwar dan bil-miktub mar-rettur tal-Arċikonfraternità, Anthony Casha, il-ftehim baqa’ mhux insinwat, anzi jidher, li l-Arċikonfraternità ma’ tridx tinsinwah fir-Reġistru Pubbliku. Chev Vassallo spjega li saru diversi tentattivi minnu biex tiġi evitata azzjoni legali, imma jidher li dan huwa l-uniku mezz li baqgħalu biex jissalvagwardja l-ftehim li kien milħuq għaxar snin ilu.

    F’ittra uffiċjali li ppreżenta fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, Chev Vassallo jisħaq li dan in-nuqqas, jikser l-obbligu kuntrattwali assunti mill-Arċikonfraternità. Għalhekk, waqt li interpella lir-Rettur tal-Arċikonfraternità, Anthony Casha, biex jieħu l-passi biex jinsinwa l-ftehim tas-sena 2009, wissih li fin-nuqqas iżommu unikament responsabbli għad-danni u spejjeż involuti. L-Avukat Stefano Filletti ffirma l-Ittra Uffiċjali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0