Waterpolo: Logħba li pproduċiet 35 goals

  • Lul 17, 2019 19:21
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Christine Borg

    I Diviżjoni

    Birżebbuġa................... 21

    Otters........................... 14

    (5-0, 6-5, 4-4, 6-5)

    F'partita li pproduċiet xejn inqas minn 35 goal, Birżebbuġa għelbu l-isfida ta' Otters bl-iskor kbir ta' 21-14.

    Detrimentali għall-Għawdxin kienet l-ewwel sessjoni fejn huma sofrew ħames goals mingħajr risposta. Dan hekk kif fit-tliet sessjonijiet l-oħra, huma rnexxielhom iżommu l-pass mal-avversarji tagħhom.

    Birżebbuġa għamlu l-in­tenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 5-0 bil-goals jaslu minn Neil Cassar, Antonio Petkovic, David Cutajar, Antun Goreta u Mattias Ortoleva.

    It-tieni sessjoni kienet waħda iktar ekwilibrata għal­kemm xorta waħda kien it-team min-nofs in-nhar ta' Malta li ħareġ rebbieħ bl-iskor strett ta' 6-5 bl-iskorers ikunu Antun Goreta (2), Antonio Petkovic (2), Christian Mifsud u Mattias Ortoleva. Min-naħa l-oħra, Luke Hyz­ler, Dominique Zahra, Ferenc Salomon, Edward Meli u Milos Filipovic sabu x-xibka għall-Għawdxin.

    It-tielet sessjoni spiċċat fi draw ta' 4-4 fejn Luke Hyzler, Milos Filipovic (2) bit-tieni goal jasal minn penalty u Ferenc Salomon minn sitwazzjoni ta' man-up wara li tkeċċa Neil Cassar, skorjaw għal Otters ... filwaqt li għal Birżebbuġa wieġbu Antonio Petkovic (2) bl-ewwel goal jasal minn penalty, David Cutajar u Antun Goreta minn man-up wara li tkeċċa Dominique Zahra.

    Birżebbuġa rebħu l-aħħar sessjoni  6-5, b'goals minn Seychell Farrugia, Antun Goreta, Simon Vassallo, Jake Bajada u Antonio Petkovic (2), filwaqt li Dominique Zahra, Ferenc Salomon u Milos Filipovic (3) bit-tieni goal jasal minn penalty, skorjaw għal Otters.

    Birżebbuġa: 1-Daniel Spiteri, 2-Max Borg, 3-Neil Cassar (1), 4-David Pace Lupi, 5-Christian Mifsud (1), 6-Antonio Petkovic (8), 7-Simon Vassallo (1), 8-David Cutajar (2), 9-Jake Bajada (1), 10-Mikhael Cutajar, 11-Antun Goreta (4), 12-Mattias Ortoleva (2), 13-Joseph Cremona, 14-Seychell Farrugia (1)   - Coach: Pierre Borg

    Otters: 1-Dean Camilleri, 2-Claudio Spiteri De Barro, 3-Ferenc Salomon (3), 4-Luke Hyzler (2), 5-Edward Meli (1), 6-David Dimech, 7-Gabriel Mizzi, 8-Jean Luc Zahra, 9-Aleandro Mifsud, 10-Dominique Zahra (2), 11-Isaac Azzopardi, 12-Milos Filipovic (6), 13-Matthew Xerri - Coach: Anthony Farrugia

    Referees: Stefan Licari, Stefano Alfi

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0