Mara marida serjament b'mandat ta' inibizzjoni kontra Maltco wara li tilfet il-biljett rebbieħ

  • Lul 17, 2019 19:03
  • Miktub minn iNews
"

    Mara b’marda serja u li tilfet biljett rebbieħ tal-lotterija ftit wara li kienet rilaxxata mill-isptar fetħet kawża l-qorti fil-konfront tal-Maltco biex twaqqaf lill-kumpanija milli tittrasferixxi s-somma ta’ €820,000 lil terzi.

    Il-mara talbet lill-Qorti biex tordna mandat ta’ inibizzjoni fil-konfront tal-Maltco wara li l-kumpanija injorat it-talbiet tagħha għall-premju.

    Fil-Qorti l-mara qalet li kienet ilha tilgħab l-istess numri matul dawn l-aħħar disa’ xhur, u dejjem kienet tixtri l-biljetti tagħha minn banka tal-lottu fil-Qawra.

    Kien ftit wara li kienet rilaxxata mill-isptar li l-mara tilfet il-biljett rebbieħ wara li bi żball remietu ma’ biljetti oħrajn antiki.

    Qalet lill-Qorti li hemm xhieda li kienet xtrat il-biljett rebbieħ u għaldaqstant talbet lill-Maltco biex ma tittrasferixxi l-flus lil ħadd ħliefha.

    Il-mara ilha tipprova ssarraf il-premju sa mill-bidu ta’ Ġunju. Hija anke bagħtet ittra ġudizzjarja lill-kumpanija Maltco Lotteries Limited, u sussegwentement fetħet kawża ċivili li tagħta mandat biex tikseb informazzjoni li tinżamm fuq is-sistema tal-Maltco u li turi li l-biljett inxtara minnha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0