Il-Parlament jiddiskuti tibdil fil-kundizzjonijiet tal-Fortina Hotel

  • Lul 17, 2019 18:30
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Parlament qed jiddiskuti mozzjoni dwar it-tibdil fil-kundizzjonijiet tal-Fortina Hotel li tinsab f’Tas-Sliema. Il-mozzjoni tgħid li “billi wara talba magħmula f’Marzu 2017 lid-Dipartiment tal-Artijiet tal-Gvern, illum l-Awtorita tal-Artijiet, f’isem "FORTEL Services Ltd." bħala sidien tal-Fortina Hotel u amenitajiet oħra fuq il-front ta’ Tignè tas-Sliema, sabiex jitneħħew xi kundizzjonijiet minn fuq il-kuntratti 228/16 datat 12/06/91, 22/96 datat 25/01/96 u 22/2000 datat 15/02/2000 li jinsabu fir-records tan-Nutar Dr Vince Miceli. Billi Fortel jinsabu fil-proċess sabiex is-sit jiġi ristrutturat b'investiment li jlaħħaq il-€55 miljun mill-istess fondi ta’ Fortel kif ukoll ħrug ta' bond.

    Dan ir-ristrutturar ser jinkludi li s-sit jitla’ għal-livell ta' ħames stilel u tiżdied il-kapaċità ta’ akkomodazzjoni u amenitajiet oħra fosthom mixed use. Tliet porzjonijiet ta’ art li kienu nxtraw mingħand il-gvern, għandhom xi limitazzjonijiet u allura saret din it-talba sabiex dawn il-limitazzjonijiet jitneħħew. Il-permess għal dan ix-xogħol PA/06252/17 inħareg mill-Awtorità tal-lppjanar”. Il-mozzjoni tgħid li “billi l-Awtorità tal-Artijiet inkarigat tliet periti sabiex jispezzjonaw is-sit u jħejju rapport sabiex tkun tista’ tintlaqa’ din it-talba magħmula minn Fortel. Ir-rapport tat-tliet periti jikkonkludi li sabiex jitneħħew tali kundizzjonijiet, Fortel kellhom iħallsu lill-gvern ta' Malta s-somma ta' tmien miljuni u mitt elf euro (€8,100,000)”. Il-mozzjoni tgħid li “billi dan ir-rapport ġie mgħoddi lil Fortel, li min-naħa tagħhom qabbdu d-ditta Deloitte sabiex huma wkoll jagħmlu eżerċizzju ta' valutazzjoni.

    L-istudju ta' Deloitte wasal għall-valur ta’ żewġ miljuni u seba’ mija u wieħed u għoxrin elf, ħames mija u sitt euro (€2,721,506) sabiex jitneħħew il-kundizzjonijiet. Billi sabiex jikkonkludu dan il-każ, mingħajr ebda dubju fuq it-korrettezza tar-rapport imħejji minn Deloitte Fortel aċċettaw li jħallsu l-valur ta' €8,100,000 mitlub mill-Awtorità tal-Artijiet. Fortel qed jitolbu lill-Awtorità li taċċetta 1-kundizzjonijiet ta’ ħlas hekk kif hawn indikat: s omma ta' miljun euro (€1,000,000) li jitħallsu mal-kuntratt u fl-istess ħin jitneħħew il-kundizzjonijiet fuq parti mill-art li Fortel diġà huma s-sidien tagħha.

    Is-somma rimanenti ta’ seba’ miljun u mitt elf euro (€7,100,000) jitħallsu fuq perjodu ta’ għaxar snin (10) mid-data tal-kuntratt jew pagamenti wara bejgħ ta’ xi proprjetajiet li eventwalment iridu jinbnew wara t-tneħħija tal-kundizzjonijiet. U billi huwa maħsub fil-paragrafu (ċ) ta’ artikolu 31 tal-Att dwar Artijiet tal-Gvern (Kapitolu 573), li art li tkun proprjetà tal-Gvern jew amministrata minnu tista’ tiġi trasferita skont riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0