Seedorf u Kluivert jitkeċċew mill-Kamerun

  • Lul 17, 2019 15:11
  • Miktub minn iNews
"

     L-ex midfielder tal-Olanda, Clarence Seedorf, ġie mkeċċi minn coach tal-Kamerun wara li t-team naqas li jiddefendi t-titlu tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani li waslet biex tintemm fl-Eġittu.

    L-ex player ta’ Milan u Real Madrid, 43 sena, kien ilu fil-kariga inqas minn sena, bl-assistent tiegħu Patrick Kluivert, ex-kollega tiegħu mal-Olanda u Ajax, ukoll jitlef postu.

    Il-Kamerun tilfu 3-2 kontra n-Niġerja fl-Aħħar 16, telfa li wasslet lill-Ministru tal-Isports, jitlob biex Seedorf jitkeċċa.

    Min-naħa tiegħu, Seedorf li f’Awwissu 2018 kien iffirma kuntratt għal erba’ snin, kien qal li jinsab kuntent li jkompli fil-kariga għax ħass li l-iskwadra kienet uriet sinjali ta’ progress.

    Iżda stqarrija kkonfermat li “wara l-eli­mi­nazzjoni prematura tat-team nazzjonali ewlieni, il-Federazzjoni tal-Football tal-Kamerun f’linja mal-klawsoli fil-kuntratti rispettivi, iddeċidiet li ttemm il-kuntratti ta’ Seedorf u Kluivert”.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0