Aktar riżultati posittivi fl-użu tat-Trasport Pubbliku

  • Lul 17, 2019 14:41
  • Miktub minn iNews
"

    F'sitt xhur, iż-żgħażagħ gawdew minn kważi 3.8 miljun vjaġġ… 

    Wara li din is-sena, is-servizz tat-trasport pubbliku b'xejn ġie estiż għaż-żgħażagħ kollha b'etajiet minn 14 sa 20 sena, kif ukoll għall-istudenti kollha full-time minn 21 sena 'l fuq, ħareġ li għal darb'oħra din l-inċentiva qed tkun ta' suċċess.

    S'issa aktar minn 31,400 individwu uniku gawdew minn dan is-servizz matul din is-sena, b'investiment ta' aktar minn €1.6 miljun mill-Gvern. F'sitt xhur, dawn iż-żgħażagħ gawdew minn kważi 3.8 miljun vjaġġ, fejn il-faxxa ta' żgħażagħ bejn 16 u 20 sena ibbenefikaw minn żieda ta' 12% fuq il-vjaġġi li gawdew minnhom iż-żgħażagħ tal-istess faxxa sena matul l-istess perjodu fl-2018. Aktar minn 14% tal-vjaġġi totali li qegħdin isiru bit-trasport pubbliku huma vjaġġi li jibbenefikaw minn din il-miżura.

    Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal, "Dawn ir-riżultati juruna li ż-żgħażagħ lesti jagħmlu użu mit-trasport alternattiv speċjalment meta l-Gvern qiegħed jiffaċilita dan billi qed joffri dan is-servizz mingħajr ħlas. Il-Gvern kommess li jkompli jinċentiva t-trasport pubbliku u għandna ħsibijiet u pjanijiet biex inkomplu noffruh lil firxa usa' ta' nies. Sodisfatti li s-servizz tat-trasport pubbliku qed jitħaddem b'mod aktar effiċjenti, u filfatt għadna kif rajna li għall-attività tal-Isle of MTV li saret fil-Furjana, persentaġġ sostanzjali ta' nies użaw dan is-servizz, u minħabba dan kellna inqas konġestjoni fuq it-toroq tagħna f'din il-ġurnata."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0